This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TA0481
Case T-481/14: Judgment of the General Court of 15 September 2016 — European Dynamics Luxembourg and Evropaïki Dynamiki v EIT (Public service contracts — Tender procedure — Supply of services for the development of a knowledge and information management platform — Software development services and maintenance of availability and efficiency of computer services — Refusal to rank the applicants in first place — Selection criteria — Award criteria — Obligation to state reasons — Manifest errors of assessment — Access to documents — Non-contractual liability)
Kawża T-481/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs EIT (“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi dwar l-iżvilupp ta’ pjattaforma ta’ ġestjoni tal-informazzjoni u tal-għarfien — Servizzi ta’ żvilupp ta’ softwer u ta’ manteniment ta’ disponibbiltà u ta’ effettività ta’ servizzi tal-informatika — Rifjut li l-offerta ta’ offerent tiġi kklassifikata fl-ewwel pożizzjoni — Kriterji ta’ selezzjoni — Kriterji ta’ għoti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni — Aċċess għal dokumenti — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

ĠU C 402, 31.10.2016, p. 37–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 402/37 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs EIT
(Kawża T-481/14) (1)
((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi dwar l-iżvilupp ta’ pjattaforma ta’ ġestjoni tal-informazzjoni u tal-għarfien - Servizzi ta’ żvilupp ta’ softwer u ta’ manteniment ta’ disponibbiltà u ta’ effettività ta’ servizzi tal-informatika - Rifjut li l-offerta ta’ offerent tiġi kklassifikata fl-ewwel pożizzjoni - Kriterji ta’ selezzjoni - Kriterji ta’ għoti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Aċċess għal dokumenti - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))
(2016/C 402/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu) u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: inizjalment E. Siouti u M. Sfyri, sussegwentment M. Sfyri u A. Lymperopoulou, avukati)
Konvenut: L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) (rappreżentanti: inizjalment M. Kern, B. Győri-Hartwig u P. Juanes Burgos, sussegwentement B. Győri-Hartwig u P. Juanes Burgos, aġenti, assistiti minn P. Wytinck u B. Hoorelbeke, avukati)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, b’mod partikolari, tad-deċiżjoni tal-EIT tal-14 ta’ April 2014 li tikklassifika l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti li tikkonċerna servizzi tal-informatika u servizzi relatati fit-tieni pożizzjoni, kif ukoll tal-ittra tal-EIT tal-25 ta’ April 2014, li permezz tagħha dan irrifjuta li jikkomunika l-ismijiet tal-membri tal-kumitat ta’ evalwazzjoni u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE intiża li jinkiseb kumpens għal dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbu.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
European Dynamics Luxembourg SA u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE huma kkundannati għall-ispejjeż. |