This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TA0340
Case T-340/14: Judgment of the General Court of 15 September 2016 –Klyuyev v Council (Common foreign and security policy — Restrictive measures taken in view of the situation in Ukraine — Freezing of funds — List of persons, entities and bodies subject to the freezing of funds and economic resources — Inclusion of the applicant’s name — Rights of the defence — Obligation to state reasons — Legal basis — Right to effective judicial protection — Failure to comply with the listing criteria — Manifest error of assessment — Right to property — Right to reputation)
Kawża T-340/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Klyuyev vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar ta’ fondi — Lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Bażi legali — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji ta’ inklużjoni fil-lista — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Dritt għall-proprjetà — Dritt għal reputazzjoni)
Kawża T-340/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Klyuyev vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar ta’ fondi — Lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Bażi legali — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji ta’ inklużjoni fil-lista — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Dritt għall-proprjetà — Dritt għal reputazzjoni)
ĠU C 402, 31.10.2016, p. 34–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 402/34 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Klyuyev vs Il-Kunsill
(Kawża T-340/14) (1)
((Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Bażi legali - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji ta’ inklużjoni fil-lista - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-proprjetà - Dritt għal reputazzjoni))
(2016/C 402/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Andriy Klyuyev (Donetsk, l-Ukraina) (rappreżentanti: B. Kennelly, J. Pobjoy, barristers, R. Gherson u T. Garner, solicitors)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: Á. de Elera San Miguel Hurtado u J.-P. Hix, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gauci u T. Scharf, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 66, p. 26), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2015, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 66, p. 1), u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364, tal-5 ta’ Marzu 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU 2015, L 62, p. 25), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357, tal-5 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014 (ĠU 2015, L 62, p. 1), sa fejn isem ir-rikorrent ġie inkluż jew inżamm fil-lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom għandhom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi, u, sussidjarjament, talba intiża sabiex tinkiseb dikjarazzjoni ta’ nuqqqas ta’ applikabbiltà għar-rikorrent tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 2014/119, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/143, tad-29 ta’ Jannar 2015 (ĠU 2015, L 24, p. 16), kif ukoll tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 208/2014, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/138, tad-29 ta’ Jannar 2015 (ĠU 2015, L 24, p. 1).
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2015, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, fil-verżjonijiet inizjali tagħhom, huma annullati, sa fejn l-isem Andriy Klyuyev ġie inkluż fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li fir-rigward tagħhom japplikaw dawn il-mużuri restrittivi, u dan sad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364, tal-5 ta’ Marzu 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357, tal-5 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti minn A. Klyuyev, fir-rigward tat-talba għal annullament ifformulata fir-rikors. |
4) |
A. Klyuyev huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk esposti mill-Kunsill, fir-rigward tat-talba għal annullament ifformulata fin-nota ta’ adattament tat-talbiet tiegħu. |
5) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |