EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0139

Kawża T-139/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – PT Wilmar Bioenergi Indonesia u PT Wilmar Nabati Indonesia vs Il-Kunsill [“Dumping — Importazzjonijiet ta’ biodiesel li joriġina mill-Indoneżja — Dazji antidumping definittivi — Artikolu 2(3) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Valur normali — Spejjeż tal-produzzjoni”]

ĠU C 402, 31.10.2016, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 402/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – PT Wilmar Bioenergi Indonesia u PT Wilmar Nabati Indonesia vs Il-Kunsill

(Kawża T-139/14) (1)

([“Dumping - Importazzjonijiet ta’ biodiesel li joriġina mill-Indoneżja - Dazji antidumping definittivi - Artikolu 2(3) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Valur normali - Spejjeż tal-produzzjoni”])

(2016/C 402/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PT Wilmar Bioenergi Indonesia (Medan, l-Indoneżja) u PT Wilmar Nabati Indonesia (Medan) (rappreżentant: P. Vander Schueren, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Boelaert, sussegwentement H. Marcos Fraile, aġenti, assistiti minn R. Bierwagen u C. Hipp, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, M. França u A. Stobiecka-Kuik, aġenti) u European Biodiesel Board (EBB) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: O. Prost u M.-S. Dibling, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013, tad-19 ta’ Novembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja (ĠU 2013, L 315, p. 2), sa fejn huma kkonċernati r-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013, tad-19 ta’ Novembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja, huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil PT Wilmar Bioenergi Indonesia u lil PT Wilmar Nabati Indonesia.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dak sostnuti minn PT Wilmar Bioenergi Indonesia u minn PT Wilmar Nabati Indonesia.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea u l-European Biodiesel Board (EBB) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 151, 19.5.2014.


Top