Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0584

    Kawża C-584/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Settembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 2006/12/KE — Direttiva 91/689/KEE — Direttiva 1999/31/KE — Immaniġġar ta’ skart — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Artikolu 260(2) TFUE — Sanzjonijiet pekunjarji — Pagamenti ta’ penalità — Somma f’daqqa”

    ĠU C 402, 31.10.2016, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 402/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Settembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

    (Kawża C-584/14) (1)

    (“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2006/12/KE - Direttiva 91/689/KEE - Direttiva 1999/31/KE - Immaniġġar ta’ skart - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 260(2) TFUE - Sanzjonijiet pekunjarji - Pagamenti ta’ penalità - Somma f’daqqa”)

    (2016/C 402/05)

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia, E. Sanfrutos Cano u D. Loma-Osorio Lerena, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent)

    Dispożittiv

    1)

    Billi ma ħaditx il-miżuri kollha neċessarji meħtieġa għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-10 ta’ Settembru 2009, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C 286/08, mhux ippubblikat, EU:C:2009:543), ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260(1) TFUE.

    2)

    Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 30 000 għal kull jum ta’ dewmien fl-implementazzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza tal-10 ta’ Settembru 2009, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-286/08, mhux ippubblikat, EU:C:2009:543), mill-jum li fih tingħata din is-sentenza, u sal-eżekuzzjoni sħiħa tas-sentenza tal-10 ta’ Settembru 2009, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-286/08, mhux ippubblikat, EU:C:2009:543). Dan l-ammont huwa maqsum fi tliet partijiet, li jikkorrispondu għat-tliet ilmenti invokati mill-Kummissjoni Ewropea u huwa ekwivalenti, għall-ewwel ilment, għal 10 % tal-ammont totali tal-pagamenti ta’ penalità, jiġifieri EUR 3 000, għat-tieni lment, għal 45 %, ta’ dan l-ammont, jiġifieri EUR 13 500, u l-istess għat-tielet ilment, li, f’dak li jikkonċerna l-immaniġġar tajjeb tal-iskart imsejjaħ “storiku” ser jitnaqqas kull semestru bi prorata tal-volum ta’ dan l-iskart li l-immaniġġar tiegħu jkun f’konformità, tnaqqis li għalih japplika limitu taħt liema t-tnaqqis tal-ammont tal-pagamenti ta’ penalità dovut ma jistax jinżel, jiġifieri 50 % tal-ammont tal-pagamenti ta’ penalità korrispondenti għal dan l-ilment, jiġifieri EUR 6 750.

    3)

    Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fuq il-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, somma f’daqqa ta’ EUR 10 000 000.

    4)

    Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 81, 9.3.2015.


    Top