This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TB0466
Case T-466/11: Order of the General Court of 19 October 2012 — Ellinika Nafpigeia and Hoern v Commission (Action for annulment — State aid — Shipbuilding — Aid granted by the Greek authorities to a shipyard — Measures implementing the Commission’s decision finding that the aid is incompatible with the common market and ordering that it be repaid — Inadmissibility)
Kawża T-466/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad- 19 ta’ Ottubru 2012 — Ellinika Nafpigeia u Hoern vs il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Għajnuna mogħtija mill-Istat — Bini ta’ vapuri — Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Griegi lil tarzna — Miżuri ta’ eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-inkompatibbiltà tal-għajnuna u li tordna l-irkupru tagħha — Inammissibbiltà” )
Kawża T-466/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad- 19 ta’ Ottubru 2012 — Ellinika Nafpigeia u Hoern vs il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Għajnuna mogħtija mill-Istat — Bini ta’ vapuri — Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Griegi lil tarzna — Miżuri ta’ eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-inkompatibbiltà tal-għajnuna u li tordna l-irkupru tagħha — Inammissibbiltà” )
ĠU C 26, 26.1.2013, p. 46–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26/46 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2012 — Ellinika Nafpigeia u Hoern vs il-Kummissjoni
(Kawża T-466/11) (1)
(Rikors għal annullament - Għajnuna mogħtija mill-Istat - Bini ta’ vapuri - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Griegi lil tarzna - Miżuri ta’ eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-inkompatibbiltà tal-għajnuna u li tordna l-irkupru tagħha - Inammissibbiltà)
2013/C 26/91
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ellinika Nafpigeia AE (Skaramagka, il-Greċja); u 2. Hoern Beteiligungs GmbH (Kiel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K Chrysogonos u A. Mitsis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u M. Konstantinidis, aġenti)
Suġġett
Talba għal-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni C(2010) 8274 finali, tal-1 ta’ Diċembru 2010, dwar l-“għajnuna mill-Istat CR 16/2004 — eżekuzzjoni tad-deċiżjoni negattiva u rkupru tal-għajnuna mill-istat mogħtija lill-kumpannija (Ellinika Nafpigeia AE) — invokazzjoni mill-Greċja tal-Artikolu 346(1)(b) TFUE u proċeduri skont l-Artikolu 348(1) TFUE”, kif ikkompletata mid-dokumenti u l-provi l-oħrajn tal-fajl kif ħadu konjizjoni parziali tagħhom ir-rikorrenti f’Ġunju 2011.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
(2) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ta’ Nafpigikes kai viomichanikes epicheiriseis Elefsinas. |
(3) |
Ellinika Nafpigeia AE u 2. Hoern Beteiligungs GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
(4) |
Nafpigikes kai viomichanikes epicheiriseis Elefsinas, il-parti li talbet tintervjeni għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |