EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CB0267

Kawżi magħquda C-267/10 u C-268/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 23 ta’ Mejju 2011 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal de première instance de Namur — il-Belġju) — André Rossius (C-267/10), Marc Collard (C-268/10) vs L-Istat tal-Belġju — SPF Finances (L-Artikolu 6(1) TUE — Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Żamma u bejgħ ta’ tabakk immanifatturat sabiex jiġi mpejjep — Dispożizzjonijiet nazzjonali li jawtorizzaw l-impożizzjoni tad-dazji tas-sisa fuq il-prodotti tat-tabakk — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta tal-Qorti tal-Ġustizzja)

ĠU C 232, 6.8.2011, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Mejju 2011 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal de première instance de Namur — il-Belġju) — André Rossius (C-267/10), Marc Collard (C-268/10) vs L-Istat tal-Belġju — SPF Finances

(Kawżi magħquda C-267/10 u C-268/10) (1)

(L-Artikolu 6(1) TUE - Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Żamma u bejgħ ta’ tabakk immanifatturat sabiex jiġi mpejjep - Dispożizzjonijiet nazzjonali li jawtorizzaw l-impożizzjoni tad-dazji tas-sisa fuq il-prodotti tat-tabakk - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta tal-Qorti tal-Ġustizzja)

(2011/C 232/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Namur

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: André Rossius (C-267/10), Marc Collard (C-268/10)

Konvenuti: L-Istat tal-Belġju — SPF Finances

Parti intervenjeni in sostenn tal-partijiet rikorrenti: L-Istat tal-Belġju — Service public fédéral Défense

Suġġett

Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de première instance de Namur — Interpretazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tat-TUE u tal-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Kompatibbiltà, mal-għan ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-fabbrikazzjoni, l-importazzjoni, il-promozzjoni u l-bejgħ ta’ tabakk immanifatturat sabiex jiġi mpejjep, li huwa rikonoxxut bħala prodott li jagħmel ħsara gravi — Validità, fid-dawl tan-normi ċċitati iktar ’il fuq, tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jawtorizzaw l-impożizzjoni ta’ dazji tas-sisa fuq il-prodotti tat-tabakk

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għall-mistoqsijiet tat-Tribunal de première instance de Namur (Il-Belġju) permezz tad-deċiżjonijiet tal-24 ta’ Marzu 2010.


(1)  ĠU C 221, 14.08.2010.


Top