Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0061

    Kawża C-61/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Prim’Awla) tal- 14 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberverwaltungsgericht Rheinland-Pfalz — il-Ġermanja) — Landkreis Bad Dürkheim vs Aufsichts- und Dienstleistungsdirektion ( Politika Agrikola Komuni — Sistema integrata ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll ta’ ċerti skemi ta’ għajnuna — Regolament (KE) Nru 1782/2003 — Skema ta’ pagament uniku — Regoli komuni għall-iskemi ta’ appoġġ dirett — Kunċett ta’ ettaru eliġibbli għall appoġġ — Attività mhux agrikola — Kundizzjonijiet għall allokazzjoni ta’ żona agrikola lil azjenda )

    ĠU C 346, 18.12.2010, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 346/10


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Prim’Awla) tal-14 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberverwaltungsgericht Rheinland-Pfalz — il-Ġermanja) — Landkreis Bad Dürkheim vs Aufsichts- und Dienstleistungsdirektion

    (Kawża C-61/09) (1)

    (Politika Agrikola Komuni - Sistema integrata ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll ta’ ċerti skemi ta’ għajnuna - Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Skema ta’ pagament uniku - Regoli komuni għall-iskemi ta’ appoġġ dirett - Kunċett ta’ ‘ettaru eliġibbli għall appoġġ’ - Attività mhux agrikola - Kundizzjonijiet għall allokazzjoni ta’ żona agrikola lil azjenda)

    2010/C 346/16

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberverwaltungsgericht Rheinland-Pfalz

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Landkreis Bad Dürkheim

    Konvenuta: Aufsichts- und Dienstleistungsdirektion

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberverwaltungsgericht Rheinland-Pfalz — Interpretazzjoni tal-Artikolu 44(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269) — Interpretazzjoni tal-kunċetti ta’ “żona agrikola” u ta’ “attivitajiet mhux agrikoli” fir-rigward ta’ każ li fih l-għan tal-protezzjoni tal-ambjent jipprevali fuq l-għan tal-produzzjoni agrikola — Kundizzjonijiet għall-allokazzjoni ta’ żona agrikola lil azjenda

    Dispożittiv

    (1)

    L-Artikolu 44 tar-Regolament tal Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001, kif emendat bir-Regolament tal Kunsill (KE) Nru 2013/2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludiex li żona tkun eliġibbli għall-appoġġ li, minkejja użata wkoll għal skopijiet agrikoli, isservi prinċipalment għall-preservazzjoni tal-pajsaġġ u għall-protezzjoni tan-natura. Barra minn hekk, il-fatt li bidwi huwa suġġett għall-istruzzjonijiet tal-amministrazzjoni responsabbli għall-protezzjoni tan- natura ma jċaħħadx attività li tikkorrispondi għad-definizzjoni msemmija fl- Artikolu 2(ċ) tal-imsemmi regolament min natura agrikola tagħha.

    (2)

    L-Artikolu 44(2) tar-Regolament Nru 1782/2003, kif emendat bir-Regolament Nru 2013/2006, għandu jiġi intepretat fis sens li:

    mhuwiex neċessarju, sabiex żona agrikola titqies bħala li tifforma parti mill- azjenda tal-bidwi, li din tkun għad-dispożizzjoni tiegħu permezz ta’ kuntratt ta’ kiri jew tip ieħor ta’ kuntratt tal-istess tip konkluż bi ħlas;

    ma jipprekludix li ż-żona titqies bħala li tifforma parti mill-azjenda, li hija mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-bidwi bla ħlas, permezz tal-fatt biss li l-bidwi huwa responsabbili li jħallas il-kontribuzzjonijiet dovuti lill-assoċjazzjoni professjonali, għal użu speċifiku matul perijodu limitat skont l-għanijiet ta’ protezzjoni tan-natura, bil-kundizzjoni li dan il-bidwi jkun jista’ juża tali żona b’awtonomija suffiċjenti għal, tal-inqas, perijodu ta’ għaxar xhur, u li

    ma jikkawżax preġudizzju lir-rabta taż-żona kkonċernata mal-azjenda tal-bidwi l-fatt li dan għandu jwettaq bi ħlas ċerti kompiti għal terz, fejn din iż-żona hija użata wkoll mill-bidwi għall-finijiet tal-eżerċizzju tal-attività agrikola tiegħu f’ismu.


    (1)  ĠU C 113, 16.05.2009.


    Top