This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0640
2010/640/EU: Commission Decision of 21 October 2010 amending Decisions 2006/920/EC and 2008/231/EC concerning the technical specifications of interoperability relating to the subsystem ‘Traffic Operation and Management’ of the trans-European conventional and high-speed rail systems (notified under document C(2010) 7179) Text with EEA relevance
2010/640/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Ottubru 2010 li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/920/KE u 2008/231/KE dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema “Operazzjoni u Ġestjoni tat-Traffiku” tas-sistemi ferrovjarji trans-Ewropej konvenzjonali u ta’ veloċità għolja (notifikata bid-dokument numru C(2010) 7179) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2010/640/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Ottubru 2010 li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/920/KE u 2008/231/KE dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema “Operazzjoni u Ġestjoni tat-Traffiku” tas-sistemi ferrovjarji trans-Ewropej konvenzjonali u ta’ veloċità għolja (notifikata bid-dokument numru C(2010) 7179) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 280, 26.10.2010, p. 29–58
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Impliċitament imħassar minn 32012D0757
26.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 280/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta’ Ottubru 2010
li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/920/KE u 2008/231/KE dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema “Operazzjoni u Ġestjoni tat-Traffiku” tas-sistemi ferrovjarji trans-Ewropej konvenzjonali u ta’ veloċità għolja
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 7179)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/640/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (tfassil mill-ġdid) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji tas-17 ta’ Lulju 2009 dwar regoli konsistenti tas-Sistema Ewropea għall-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) fl-STI fir-rigward tal-Kmand tal-Kontroll u s-Sinjalazzjoni u fir-rigward tal-Operazzjoni u l-Ġestjoni tat-Traffiku (ERA/REC/2009-02/INT), dwar l-Anness P rivedut tal-STI fir-rigward tal-Operazzjoni u l-Ġestjoni tat-Traffiku għal ferroviji ta’ veloċità għolja u konvenzjonali (ERA/REC/2009-03/INT), dwar l-Anness T rivedut tal-STI fir-rigward tal-Operazzjoni u l-Ġestjoni tat-Traffiku għall-ferroviji konvenzjonali (ERA/REC/2009-04/INT) u dwar l-emenda li għandha l-għan li tintlaħaq konsistenza bejn id-Direttiva 2007/59/KE u l-STI fir-rigward tal-Operazzjoni u l-Ġestjoni tat-Traffiku rigward id-dispożizzjonijiet dwar il-kompetenzi tas-sewwieqa tal-ferroviji (ERA/REC/2009-05/INT),
Billi:
(1) |
L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (ir-Regolament [tal]-Aġenzija) (2) jeħtieġ li l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (minn hawn ‘il quddiem “l-Aġenzija”) għandha tiżgura ruħha li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (minn hawn il-quddiem “l-STI”) jiġu adatatti għall-progress tekniku u għat-tendenzi tas-swieq u għar-rekwiżiti soċjali u tipproponi lill-Kummissjoni l-emendi għall-STI li tikkunsidra li huma meħtieġa. |
(2) |
Bid-Deċiżjoni C(2007) 3371 tat-13 ta’ Lulju 2007, il-Kummissjoni tat mandat ta’ qafas lill-Aġenzija biex twettaq ċerti attivitajiet skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 fuq l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja (3) u d-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 fuq l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (4). Skont it-termini ta’ dan il-mandat ta’ qafas, l-Aġenzija ntalbet twettaq ir-reviżjoni tal-STI fir-rigward tal-Operazzjoni u l-Ġestjoni tat-Traffiku tal-ferroviji konvenzjonali, adottata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/920/KE (5), u tal-STI riveduta fir-rigward tal-Operazzjoni u l-Ġestjoni tat-Traffiku tal-ferroviji ta’ veloċità għolja, adottata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/231/KE (6), kif ukoll biex tipprovdi opinjonijiet tekniċi dwar żbalji kritiċi u biex tippubblika lista ta’ żbalji minuri li ġew skoperti. |
(3) |
Sistema Ewropea għall-Kontroll tal-Ferroviji (minn hawn ‘il quddiem “ETCS”) u Sistema Globali ta’ Komunikazzjonijiet Mobbli – Ferroviji (minn hawn ‘il quddiem “GSM-R”) huma kkunsidrati bħala mezzi importanti biex tinkiseb sistema ferrovjarja trans-Ewropea armonizzata. Għalhekk, jeħtieġ li r-regoli għal dawn is-sistemi jiġu armonizzati malajr kemm jista’ jkun. Skont dan il-prinċipju, l-ECTS u l-GSM-R huma speċifikati fl-STI. |
(4) |
Huwa vitali li r-rekwiżiti stabbiliti fl-STI jkunu koerenti u mhux ambigwi. Dan ifisser ukoll li l-STI differenti ma jistgħux jirreferu għal rekwiżiti tekniċi fi stadji differenti ta’ żvilupp. Għalhekk, l-STI kollha għandhom jirreferu għal rekwiżiti tekniċi identiċi. |
(5) |
Sabiex ikunu armonizzati r-regoli rilevanti fl-STI għas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea konvenzjonali u ta’ veloċità għolja, ir-regoli rigward l-aspetti operattivi għandhom jiġu ppubblikati bħala Dokument Tekniku fuq is-sit web tal-Aġenzija. |
(6) |
L-STI fir-rigward tal-Operazzjoni u l-Ġestjoni tat-Traffiku għall-ferroviji konvenzjonali għandha tinkludi l-istess referenza bħall-STI riveduta fir-rigward tal-Operazzjoni u l-Ġestjoni tat-Traffiku għall-ferroviji ta’ veloċità għolja. |
(7) |
Ir-reviżjoni tad-dokument tekniku “Anness A għall-STI OPE” għandu jsegwi il-“Proċess ta’ Ġestjoni tal-Kontroll tal-Bidla (CCM)” li jiġi applikat għall-validazzjonijiet tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ERTMS. |
(8) |
Skont l-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2008/57/KE, kull vettura trid tingħata Numru Ewropew tal-Vettura (NEV) meta tingħata l-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz. Skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE tad-9 ta’ Novembru 2007 li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14(4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE (7), in-NEV jiġi rreġistrat fir-reġistru nazzjonali tal-vetturi li jinżamm u jiġi aġġornat mill-korp nazzjonali maħtur mill-Istat Membru kkonċernat. |
(9) |
Ir-rekwiżiti dwar l-Identifikazzjoni tal-Vettura stipulati fl-Anness P għall-STI fir-rigward tal-Operazzjoni u l-Ġestjoni tat-Traffiku (għal ferroviji ta’ veloċità għolja u dawk konvenzjonali) jeħtieġ li jiġu riveduti, filwaqt li jiġi kkunsidrat anki l-iżvilupp tal-qafas legali mogħti mid-Direttiva 2008/57/KE u mid-Deċiżjoni 2007/756/KE. Peress li numru ta’ kodiċijiet tekniċi jevolvu kontinwament minħabba l-progress tekniku, l-Aġenzija għandha tingħata l-kompitu li tippubblika u taġġorna l-listi ta’ kodiċijiet tekniċi ta’ din ix-xorta. |
(10) |
Ir-rekwiżiti dwar il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar huma punt mhux konkluż fl-STI fir-rigward tal-Operazzjoni u l-Ġestjoni tat-Traffiku għall-ferroviji konvenzjonali. L-aspetti operattivi tal-prestazzjoni tal-ibbrejkjar għandhom jiġu armonizzati. |
(11) |
Ir-rekwiżiti dwar il-kompetenza professjonali kif ukoll l-adegwatezza fiżika u psikoloġika tas-sewwieqa tal-ferroviji ġew stabbiliti fid-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Sabiex ikunu evitati ir-ripetizzjoni u d-duplikazzjoni, l-STI fir-rigward tal-Operazzjoni u l-Ġestjoni tat-Traffiku m’għandhomx jinkludu rekwiżiti ta’ din ix-xorta. |
(12) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjonijiet 2006/920/KE u 2008/231/KE għandhom ikunu emendati skont dan. |
(13) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda għad-Deċiżjoni 2006/920/KE
Id-Deċiżjoni 2006/920/KE għandha tiġi emendata kif ġej:
(a) |
Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 1a u 1b li ġejjin: “Artikolu 1a Il-ġestjoni tal-kodiċijiet tekniċi 1. L-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (ERA) għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-listi tal-kodiċijiet tekniċi msemmija fl-Annessi p. 9, p. 10, p. 11, p. 12 u p. 13. 2. L-ERA għandha żżomm aġġornati l-listi tal-kodiċijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandha tinforma lill-Kummissjoni bl-evoluzzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bl-evoluzzjoni ta’ dawn il-kodiċijiet tekniċi permezz tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/57/KE. Artikolu 1b Sal-31 ta’ Diċembru 2013, jekk vettura tinbigħ jew tinkera għal perjodu kontinwu li jaqbeż is-sitt (6) xhur u jekk il-karatteristiċi tekniċi kollha li bihom il-vettura ġiet awtorizzata titqiegħed f’servizz jibqgħu l-istess, in-Numru Ewropew tal-Vettura (NEV) tagħha jista’ jitbiddel permezz ta’ reġistrazzjoni ġdida tal-vettura u l-irtirar tal-ewwel reġistrazzjoni. Jekk din ir-reġistrazzjoni l-ġdida tikkonċerna Stat Membru li huwa differenti minn dak tal-ewwel reġistrazzjoni, l-entità ta’ reġistrazzjoni li għandha l-kompetenza għar-reġistrazzjoni l-ġdida tista’ teħtieġ kopja tad-dokumentazzjoni relatata mar-reġistrazzjoni preċedenti. Bidla fin-NEV ta’ din ix-xorta hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikoli 21 sa 26 tad-Direttiva 2008/57/KE sa fejn għandhom x’jaqsmu l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni. L-ispejjeż amministrattivi li jsiru sabiex jitbiddel in-NEV għandhom jiġu koperti mill-applikant li jitlob il-bidla tan-NEV.” |
(b) |
L-Annessi għandhom jiġu emendati kif ġie stabbilit fl-Anness I. |
Artikolu 2
Emenda għad-Deċiżjoni 2008/231/KE
Id-Deċiżjoni 2008/231/KE għandha tiġi emendata kif ġej:
(a) |
Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 1a u 1b li ġejjin “Artikolu 1a Il-ġestjoni tal-kodiċijiet tekniċi 1. L-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (ERA) għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-listi ta’ kodiċijiet tekniċi msemmija fl-Annessi p. 9, p. 10, p. 11, p. 12 u p. 13. 2. L-ERA għandha żżomm aġġornati l-listi tal-kodiċijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandha tinforma lill-Kummissjoni bl-evoluzzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bl-evoluzzjoni ta’ dawn il-kodiċijiet tekniċi permezz tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/57/KE. Artikolu 1b Sal-31 ta’ Diċembru 2013, jekk vettura tinbigħ jew tinkera għal perjodu kontinwu li jaqbeż is-sitt (6) xhur u jekk il-karatteristiċi tekniċi kollha li bihom il-vettura ġiet awtorizzata titqiegħed f’servizz jibqgħu l-istess, in-Numru Ewropew tal-Vettura (NEV) tagħha jista’ jitbiddel permezz ta’ reġistrazzjoni ġdida tal-vettura u l-irtirar tal-ewwel reġistrazzjoni. Jekk din ir-reġistrazzjoni l-ġdida tikkonċerna Stat Membru li huwa differenti minn dak tal-ewwel reġistrazzjoni, l-entità ta’ reġistrazzjoni li għandha l-kompetenza għar-reġistrazzjoni l-ġdida tista’ teħtieġ kopja tad-dokumentazzjoni relatata mar-reġistrazzjoni preċedenti. Bidla fin-NEV ta’ din ix-xorta hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikoli 21 sa 26 tad-Direttiva 2008/57/KE sa fejn għandhom x’jaqsmu l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni. L-ispejjeż amministrattivi li jsiru sabiex jitbiddel in-NEV għandhom jiġu koperti mill-applikant li jitlob il-bidla tan-NEV.” |
(b) |
L-Annessi għandhom jiġu emendati kif ġie stabbilit fl-Anness II. |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-25 ta’ Ottubru 2010.
Madankollu, il-Punt 6 tal-Anness I u l-Punt 5 tal-Anness II għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2014.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kummissjoni
Siim KALLAS
Viċi President
(1) ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.
(2) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.
(3) ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6.
(4) ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1.
(5) ĠU L 359, 18.12.2006, p. 1.
(7) ĠU L 305, 23.11.2007, p. 30.
(8) ĠU L 315, 3.12.2007, p. 51.
ANNESS I
L-Annessi għad-Deċiżjoni 2006/920/KE għandhom jiġu emendati kif ġej
1. |
L-Anness għandu jiġi emendat kif ġej:
|
2. |
L-Anness A1 u l-Anness A2 għandhom jiġu sostitwiti bl-Anness A li ġej: “ANNESS A IR-REGOLI OPERATTIVI GĦALL-ERTMS/ETCS U GĦALL-ERTMS/GSM-R Ir-regoli operattivi għall-ERTMS/ETCS u għall-ERTMS/GSM-R huma speċifikati fid-Dokument Tekniku ‘Ir-regoli u l-prinċipji għall-ETCS u għall-GSM-R – verżjoni 1’ li ġie ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-ERA (www.era.europa.eu)”. |
3. |
Fl-Anness G, it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:
|
4. |
L-Anness H għandu jitħassar. |
5. |
Fl-Anness N, l-aħħar linja tat-tabella (4.7.6 – Rekwiżiti Speċifiċi rigward il-kompitu li tinsaq ferrovija) għandha titħassar. |
6. |
L-Annessi P, P1, P2, P3, P4, P5, P6, P7, P8, P9, P10, P11, P12 u P13 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej: “ANNESS P L-IDENTIFIKAZZJONI TAL-VETTURA 1. Rimarki ġenerali Dan l-anness jiddeskrivi n-Numru Ewropew tal-Vettura u l-immarkar relatat li jiġi applikat b’mod li jidher fuq il-vettura sabiex jidentifikawha b’mod uniku u permanenti waqt l-operazzjoni. L-anness ma jiddeskrivix numri oħrajn jew immarkar ieħor li eventwalment jitnaqqax jew jitwaħħal b’mod permanenti fuq ix-xażi jew fuq il-komponenti ewlenin tal-vettura waqt li qed tinbena. 2. In-Numru Ewropew tal-Vettura u l-abbrevjazzjonijiet relatati Kull vettura ferrovjarja tirċievi numru li jikkonsisti fi 12-il figura (li jissejjaħ in-Numru Ewropew tal-Vettura (NEV)) u li jkollu l-istruttura li ġejja:
F’pajjiż partikolari, is-seba’ (7) ċifri tal-karatteristiċi tekniċi u n-numru tas-serje huma biżżejjed biex vettura tiġi identifikata b’mod uniku fil-gruppi ta’ vetturi għall-passiġġieri rmonkati u ta’ vetturi speċjali (1). L-immarkar alfabetiku jikkompleta n-numru:
3. L-allokazzjoni tan-numru In-Numru Ewropew tal-Vettura jrid jiġi allokat skont ir-regoli stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE tad-9 ta’ Novembru 2007 li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14(4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE. In-Numru Ewropew tal-Vettura għandu jitbiddel meta ma jkunx jirrifletti l-kapaċità tal-interoperabbiltà jew il-karatteristiċi tekniċi skont dan l-Anness minħabba modifikazzjonijiet tekniċi fil-vettura. Modifikazzjonijiet tekniċi ta’ din ix-xorta jistgħu jeħtieġu awtorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fis-servizz skont l-Artikoli 20 – 25 tad-Direttiva 2008/57/KE dwar l-Interoperabbiltà. ANNESS P. 1 IL-MARKA TAL-KUSTODJU TAL-VETTURA 1. Definizzjoni tal-Marka tal-Kustodju tal-Vettura (VKM) Marka tal-Kustodju tal-Vettura (VKM) hija kodiċi alfabetiku, li jikkonsisti fi tnejn (2) sa ħames (5) ittri (2 4 1 5). VKM titnaqqax fuq kull vettura ferrovjarja, qrib in-Numru Ewropew tal-Vettura. Il-VKM tidentifika l-Kustodju tal-Vettura kif ikun irreġistrat fir-Reġistru Nazzjonali tal-Vetturi. Il-VKM hija unika u valida fil-pajjiżi kollha koperti minn din l-STI u fil-pajjiżi kollha li jidħlu fi ftehim li jinvolvi l-applikazzjoni tas-sistema tan-numerazzjoni tal-vetturi u tal-Marka tal-Kustodju tal-Vettura kif inhu deskritt f’din l-STI. 2. Il-format tal-Marka tal-Kustodju tal-Vettura Il-VKM hija rappreżentazzjoni tal-isem sħiħ jew ta’ abbrevjazzjoni tal-kustodju tal-vettura; jekk ikun possibbli b’mod li jingħaraf. Jistgħu jintużaw is-26 ittra kollha tal-alfabet Latin. L-ittri fil-VKM jinkibtu bħala kapitali. L-ittri li ma jirrappreżentawx l-ewwel ittri ta’ kelmiet f’isem il-kustodju jistgħu jinkitbu b’ittri żgħar. Biex tkun ikkontrollata l-uniċità, l-ittri żgħar għandhom jitqiesu daqslikieku nkitbu bħala kapitali. L-ittri jista’ jkun fihom marki dijakritiċi (3 2 6). Is-sinjali dijakritiċi li jintużaw minn dawn l-ittri għandhom jiġu injorati meta tkun se tiġi kkontrollata l-uniċità. Għall-vetturi li jinżammu minn kustodji li jirrisjedu f’pajjiż li ma jużax l-alfabet Latin, tista’ tiġi applikata traduzzjoni tal-VKM fl-alfabet ta’ dak il-pajjiż wara l-VKM li tkun isseparata minnha b’linja dijagonali (‘/’). Din il-VKM tradotta għandha tiġi injorata għal finijiet ta’ pproċessar tad-dejta. 3. Id-dispożizzjonijiet dwar l-allokazzjoni tal-Marki tal-Kustodju tal-Vettura Kustodju ta’ vettura jistgħu jinħarġulu iktar minn VKM waħda, f’każ li:
Tista’ tinħareġ VKM waħda għal grupp ta’ kumpaniji li:
4. Ir-Reġistru tal-Marki tal-Kustodju tal-Vettura u l-proċedura għall-allokazzjoni Ir-reġistru tal-VKM huwa pubbliku u jiġi aġġornat f’ħin reali. Applikazzjoni għal VKM titressaq quddiem l-awtorità nazzjonali kompetenti tal-applikant u tintbagħat lill-ERA. VKM tista’ tintuża biss wara pubblikazzjoni min-naħa tal-ERA. Id-detentur ta’ VKM irid jinforma lill-awtorità nazzjonali kompetenti meta jtemm l-użu ta’ VKM, u l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tgħaddi l-informazzjoni lill-ERA. VKM għandha tiġi rrevokata hekk kif il-kustodju jipprova li l-marka tbiddlet fuq il-vetturi kollha kkonċernati. Din m’għandiex terġa’ tinħareġ għal (10) għaxar snin, sakemm ma terġax tinħareġ lid-detentur oriġinali tagħha jew tinħareġ lil detentur ieħor fuq it-talba tad-detentur oriġinali. VKM tista’ tiġi ttrasferita lil detentur ieħor, li jkun is-suċċessur legali tad-detentur oriġinali. Meta d-detenutur tal-VKM ibiddel ismu għal isem li bl-ebda mod ma jixbah lill-VKM, il-VKM tibqa’ valida. ANNESS P. 2 IT-TINQIX TAN-NUMRU U TAL-IMMARKAR ALFABETIKU RELATAT FUQ IL-BODI 1. Arranġamenti ġenerali għal immarkar estern L-ittri kapitali u l-figuri li jifformaw l-iskrizzjonijiet tal-immarkar għandhom ikunu għoljin mill-inqas 80 mm, f’tipa li tkun sans serif u ta’ kwalità korrispondenti. Jistgħu jintużaw iskrizzjonijiet iċken biss fejn ma jkun hemm l-ebda għażla oħra ħlief li l-immarkar jitqiegħed fuq l-iżbarri tal-wiċċ taħtani (sole bars). L-immarkar m’għandux jitqiegħed f’pożizzjoni ogħla minn żewġ (2) metri ’l fuq mil-livell tal-binarji. 2. Il-vaguni L-immarkar għandu jitnaqqax fuq il-bodi tal-vagun b’dan il-mod:
Għall-vaguni li l-bodi tagħhom ma joffrix erja kbira biżżejjed għal dan it-tip ta’ arranġament, partikolarment fil-każ ta’ vaguni ċatti, l-immarkar għandu jkun irranġat kif ġej:
Meta ittra ta’ indiċi waħda jew iktar b’definizzjoni nazzjonali titnaqqax fuq vagun, dan l-immarkar nazzjonali jrid jintwera wara l-immarkar bl-ittri internazzjonali u għandu jkun isseparat minnu b’ħajfin kif ġej:
3. Il-vaguni u l-vetturi għall-passiġġieri rmonkati In-numru għandu jkun applikat fuq kull ġenb tal-vettura kif ġej:
L-immarkar tal-pajjiż fejn il-vettura tkun irreġistrata u tal-karatteristiċi tekniċi għandu jiġi stampat direttament quddiem, wara jew taħt in-Numru Ewropew tal-Vettura. F’każ ta’ vaguni b’kabina għas-sewwieq, in-Numru Ewropew tal-Vettura jinkiteb ukoll fil-kabina. 4. Il-lokomotivi, il-power cars (vetturi ferrovjarji lil jixbhu mill-qrib lil-lokomotivi) u l-vetturi speċjali In-Numru Ewropew tal-Vettura jrid ikun immarkat fuq kull ġenb tal-vetturi ta’ trazzjoni bil-mod li ġej: 92 10 1108 062-6 In-Numru Ewropew tal-Vettura jinkiteb ukoll f’kull kabina tal-vetturi ferrovjarji ta’ trazzjoni. Il-kustodju jista’ jżid, f’ittri ta’ daqs ikbar min-Numru Ewropew tal-Vettura, immarkar b’numru tiegħu (li jikkonsisti ġeneralment f’ċifri min-numru tas-serje ssupplimentati minn kodifikazzjoni alfabetika), li jkun utli fl-operazzjonijiet. Il-post fejn in-numru tiegħu jiġi mmarkat jitħalla f’idejn il-kustodju; madankollu, in-NEV dejjem irid ikun jista’ jingħaraf faċilment mill-immarkar bin-numru tal-kustodju. ANNESS P. 3 IR-REGOLI BIEX TKUN IDDETERMINATA Ċ-ĊIFRA TA’ KONTROLL (ĊIFRA 12) Iċ-ċifra ta’ kontroll tiġi ddeterminata kif ġej:
Eżempji
ANNESS P. 4 IL-KODIFIKAZZJONI TAL-PAJJIŻI FEJN IKUNU RREĠISTRATI L-VETTURI (ĊIFRI 3-4 U L-ABBREVJAZZJONI) L-informazzjoni relatata ma’ pajjiżi terzi qed tingħata għal finijiet ta’ informazzjoni biss.
ANNESS P.5 L-IMMARKAR ALFABETIKU TAL-KAPAĊITÀ TAL-INTEROPERABBILTÀ ‘TEN’: Vettura li tkun konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
‘PPV/PPW’: Vettura li tkun konformi mal-ftehim PPV/PPW jew PGW (fl-Istati tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni tal-Linji Ferrovjarji (OSJD)) (oriġinali: PPV/PPW: ППВ (Правила пользования вагонами в международном сообщении; PGW: Правила Пользования Грузовыми Вагонами) Noti:
ANNESS P. 6 IL-KODIĊIJIET TAL-INTEROPERABBILTÀ LI JINTUŻAW GĦALL-VAGUNI (ĊIFRI 1-2)
ANNESS P. 7 IL-KODIĊIJIET INTERNAZZJONALI TAL-ĦILA GĦAT-TRAFFIKU LI JINTUŻAW GĦALL-VETTURI GĦALL-PASSIĠĠIERI RMONKATI (ĊIFRI 1-2)
ANNESS P. 8 TIPI TA’ VETTURI FERROVJARJI U TA’ UNITAJIET TA’ TRAZZJONI F’FERROVIJA F’FORMAZZJONI FISSA JEW IDDEFINITA MINN QABEL (ĊIFRI 1-2) L-ewwel ċifra hija “9”. Jekk it-tieni ċifra tiddeskrivi t-tip ta’ vetturi ferrovjarji ta’ trazzjoni, il-kodifikazzjoni li ġejja hija mandatorja:
ANNESS P. 9 L-IMMARKAR NUMERIKU STANDARD TAL-VAGUNI (ĊIFRI 5 SA 8) Dan l-anness jindika l-immarkar numeriku assoċjat mal-karatteristiċi tekniċi ewlenin tal-vagun u huwa ppubblikat fuq is-sit web tal-ERA (www.era.europa.eu). Applikazzjoni għal kodiċi ġdid għandha titressaq quddiem l-entità ta’ reġistrazzjoni (kif tissejjaħ fid-Deċiżjoni 2007/756/KE) u tintbagħat lill-ERA. Kodiċi ġdid jista’ jintuża biss wara l-pubblikazzjoni mill-ERA. ANNESS P. 10 IL-KODIĊIJIET GĦALL-KARATTERISTIĊI TEKNIĊI TAL-VETTURI FERROVJARJI GĦALL-PASSIĠĠIERI RMONKATI (ĊIFRI 5-6) L-Anness p. 10 huwa ppubblikat fuq is-sit web tal-ERA (www.era.europa.eu). Applikazzjoni għal kodiċi ġdid għandha titressaq quddiem l-entità ta’ reġistrazzjoni (kif tissejjaħ fid-Deċiżjoni 2007/756/KE) u tintbagħat lill-ERA. Kodiċi ġdid jista’ jintuża biss wara l-pubblikazzjoni mill-ERA. ANNESS P. 11 IL-KODIĊIJIET GĦALL-KARATTERISTIĊI TEKNIĊI TAL-VETTURI SPEĊJALI (ĊIFRA 6 SA 8) L-Anness p. 11 huwa ppubblikat fuq is-sit web tal-ERA (www.era.europa.eu). Applikazzjoni għal kodiċi ġdid għandha titressaq quddiem l-entità ta’ reġistrazzjoni (kif tissejjaħ fid-Deċiżjoni 2007/756/KE) u tintbagħat lill-ERA. Kodiċi ġdid jista’ jintuża biss wara l-pubblikazzjoni mill-ERA. ANNESS P. 12 L-IMMARKAR B’ITTRI GĦALL-VAGUNI, ĦLIEF GĦALL-VAGUNI ARTIKOLATI U MULTIPLI L-Anness p. 12 huwa ppubblikat fuq is-sit web tal-ERA (www.era.europa.eu). Applikazzjoni għal kodiċi ġdid għandha titressaq quddiem l-entità ta’ reġistrazzjoni (kif tissejjaħ fid-Deċiżjoni 2007/756/KE) u tintbagħat lill-ERA. Kodiċi ġdid jista’ jintuża biss wara l-pubblikazzjoni mill-ERA. ANNESS P.13 L-IMMARKAR B’ITTRI GĦALL-VETTURI FERROVJARJI GĦALL-PASSIĠĠIERI RMONKATI L-Anness p. 13 huwa ppubblikat fuq is-sit web tal-ERA (www.era.europa.eu). Applikazzjoni għal kodiċi ġdid għandha titressaq quddiem l-entità ta’ reġistrazzjoni (kif tissejjaħ fid-Deċiżjoni 2007/756/KE) u tintbagħat lill-ERA. Kodiċi ġdid jista’ jintuża biss wara l-pubblikazzjoni mill-ERA |
7. |
L-Anness P14 għandu jiġi rrevokat. |
8. |
L-Anness T għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS T IL-PRESTAZZJONI TAL-IBBREJKJAR Ir-rwol tal-Amministratur Infrastrutturali L-Amministratur Infrastrutturali għandu jinforma lill-Impriża Ferrovjarja dwar il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar meħtieġa għal kull rotta u jrid jipprovdi informazzjoni dwar il-karatteristiċi tar-rotot. L-Amministratur Infrastrutturali jrid jiżgura ruħu li l-impatt tal-karatteristiċi tar-rotot u tal-marġnijiet relatati tan-naħa tal-binarji jkunu inklużi fil-prestazzjoni tal-ibbrejkjar meħtieġa. Fil-prinċipju, il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar meħtieġa għandu tkun espressa f’perċentwali mill-piż tal-brejkijiet sakemm l-Amministratur Infrastrutturali u l-Impriża Ferrovjarja ma jkunux ftiehmu fuq unità oħra biex jesprimu l-prestazzjoni tal-ibbrejkjar (eż. tunnellati bbrejkjati, forzi tal-brejkijiet, valuri ta’ deċellerazzjoni, profili ta’ deċellerazzjoni). Għall-ferroviji u għall-kompożizzjonijiet fissi tal-ferroviji, l-Amministratur Infrastrutturali għandu jagħti r-rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-ibbrejkajr f’valuri ta’ deċellerazzjoni jekk jintalab jagħmel dan mill-Impriża Ferrovjarja. Ir-rwol tal-Impriża Ferrovjarja L-Impriża Ferrovjarja għandha tiżgura ruħha li kull ferrovija tissodisfa jew taqbeż il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar meħtieġa mill-Amministratur Infrastrutturali. Għalhekk, l-Impriża Infrastrutturali għandha tikkalkola l-prestazzjoni tal-ibbrejkjar ta’ ferrovija billi tikkunsidra l-kompożizzjoni tal-ferrovija. L-Impriża Ferrovjarja trid tikkunsidra l-prestazzjoni tal-ibbrejkjar tal-vettura jew tal-ferrovija li ġiet iddeterminata meta tqiegħdet f’servizz. Iridu jiġu kkunsidrati marġnijiet relatati mal-vetturi ferrovjarji bħall-affidabbiltà u d-disponibbiltà tal-brejkijiet. L-Impriża Ferrovjarja trid tikkunsidra wkoll l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi tar-rotot li jaffetwaw l-imġiba tal-ferrovija meta l-prestazzjoni tal-ibbrejkjar tkun qed tiġi aġġustata għal meta ferrovija titwaqqaf u tiġi llokjata f’pożizzjoni. Il-prestazzjoni tal-ibbrejkajr li tirriżulta mill-kontroll tal-ferrovija effettiva (bħall-kompożizzjoni tal-ferrovija, id-disponibbiltà tal-brejkijiet, ir-regolazzjoni tal-brejkijiet) għandha tintuża bħala valur ta’ input għal kwalunkwe regola operattiva li għandha tiġi applikata sussegwentement fir-rigward tal-ferrovija. Meta ma tintlaħaqx il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar L-Amministratur Infrastrutturali għandu jistabbilixxi regoli li għandhom jintużaw jekk ferrovija ma tilħaqx il-prestazzjoni tal-ibbrejkajr meħtieġa u jrid jagħmel dawn ir-regoli disponibbli għall-Impriżi Ferrovjarji. Jekk ferrovija ma tilħaqx il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar meħtieġa għar-rotot li matulhom se tinsaq il-ferrovija, l-Impriża Ferrovjarja għandha tirrispetta l-limiti li jirriżultaw bħar-restrizzjoni tal-veloċità.” |
9. |
L-Anness U għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS U LISTA TA’ PUNTI MHUX KONKLUŻI Is-Sezzjoni 4.2.2 – Dokument dwar il-Kompożizzjoni tal-Ferroviji Anness B (ara s-Subsezzjoni 4.4 ta’ din l-STI) – Regoli oħrajn li jippermettu operazzjoni koerenti tas-subsistemi strutturali ġodda u differenti Anness R (ara s-Subsezzjoni 4.2.3.2 ta’ din l-STI) – L-identifikazzjoni tal-ferroviji Anness S (ara s-Subsezzjoni 4.2.2.1.3 ta’ din l-STI) – Il-Viżibbiltà tal-Ferroviji – It-Tarf ta’ Wara” |
(1) Għall-vetturi speċjali, in-numru jrid ikun uniku f’pajjiż partikolari bl-ewwel ċifra u l-aħħar ħames (5) ċifri tal-karatteristiċi tekniċi u n-numru tas-serje.
(2) Għall-NMBS/SNCB, l-użu tal-ittra waħdanija B mdawra b’ċirku jista’ jitkompla.
(3) Il-marki dijakritiċi huma ‘sinjali ta’ aċċent’ bħal fi À, Ç, Ö, Č, Ž, Å eċċ. Ittri speċjali bħal Ø u Æ għandhom jiġu rrappreżentati b’ittra waħda; f’testijiet għall-uniċità Ø għandha tiġi ttrattata bħala O u Æ bħala A.
(4) Skont is-sistema ta’ kodifikazzjoni alfabetika deskritta fl-Appendiċi 4 għall-Konvenzjoni tal-1949 u fl-Artikolu 45(4) tal-Konvenzjoni tal-1968 dwar it-traffiku fit-toroq.
(1) Vaguni li għandhom il-permess li jkollhom fuqhom l-immarkar TEN, ara l-Anness p. 5.
(2) Inklużi l-vaguni, li skont ir-regolamenti eżistenti jkollhom fuqhom iċ-ċifri ddefiniti f’din it-tabella. COTIF: il-vettura hija konformi mar-regolament tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) li jkun fis-seħħ meta l-vettura titqiegħed fis-servizz.
(3) Qies standard fiss jew varjabbli.
(4) Ħlief għall-vaguni fil-kategorija I (vaguni b’temperatura kkontrollata), m’għandux jintuża għal vetturi ġodda mqiegħda f’servizz.
(5) Konformità mal-STI applikabbli, ara l-Anness p. 5.
(6) Inklużi l-vetturi, li skont ir-regolamenti eżistenti jkollhom fuqhom iċ-ċifri ddefiniti f’din it-tabella. COTIF: il-vettura hija konformi mar-regolament tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) li jkun fis-seħħ meta l-vettura titqiegħed fis-servizz.
(7) Ħlief għall-vaguni b’qies standard fiss (56) u b’qies standard aġġustabbli (66) diġà fis-servizz, m’għandux jintuża għal vetturi ġodda.
ANNESS II
L-Annessi għad-Deċiżjoni 2008/231/KE għandhom jiġu emendati kif ġej:
1. |
L-Anness għandu jiġi emendat kif ġej:
|
2. |
Fl-Anness G, it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:
|
3. |
L-Anness H għandu jitħassar. |
4. |
Fl-Anness N, l-aħħar linja tat-tabella (4.7.6 – Rekwiżiti Speċifiċi rigward il-kompitu li tinsaq ferrovija) għandha titħassar. |
5. |
L-Annessi P, P1, P2, P3, P4, P5, P6, P7, P8, P9, P10, P11, P12 u P13 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej: “ANNESS P L-IDENTIFIKAZZJONI TAL-VETTURA 1. Rimarki ġenerali Dan l-anness jiddeskrivi n-Numru Ewropew tal-Vettura u l-immarkar relatat li jiġi applikat b’mod li jidher fuq il-vettura sabiex jidentifikawha b’mod uniku u permanenti waqt l-operazzjoni. L-anness ma jiddeskrivix numri oħrajn jew immarkar ieħor li eventwalment jitnaqqax jew jitwaħħal b’mod permanenti fuq ix-xażi jew fuq il-komponenti ewlenin tal-vettura waqt li qed tinbena. 2. In-Numru Ewropew tal-Vettura u l-abbrevazzjonijiet relatati Kull vettura ferrovjarja tirċievi numru li jikkonsisti fi 12-il figura (li jissejjaħ in-Numru Ewropew tal-Vettura (NEV)) u li jkollu l-istruttura li ġejja:
F’pajjiż partikolari, is-seba’ (7) ċifri tal-karatteristiċi tekniċi u n-numru tas-serje huma biżżejjed biex vettura tiġi identifikata b’mod uniku fil-gruppi ta’ vetturi għall-passiġġieri rmonkati u ta’ vetturi speċjali (1). L-immarkar alfabetiku jikkompleta n-numru:
3. L-allokazzjoni tan-numru In-Numru Ewropew tal-Vettura jrid jiġi allokat skont ir-regoli stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE tad-9 ta’ Novembru 2007 li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14(4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE. In-Numru Ewropew tal-Vettura għandu jitbiddel meta ma jirriflettix il-kapaċità tal-interoperabbiltà jew il-karatteristiċi tekniċi skont dan l-Anness minħabba modifikazzjonijiet tekniċi fil-vettura. Modifikazzjonijiet tekniċi ta’ din ix-xorta jistgħu jeħtieġu watorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fis-servizz skont l-Artikoli 20 – 25 tad-Direttiva 2008/57/KE dwar l-Interoperabbiltà. ANNESS P. 1 IL-MARKA TAL-KUSTODJU TAL-VETTURA 1. Definizzjoni tal-Marka tal-Kustodju tal-Vettura (VKM) Marka tal-Kustodju tal-Vettura (VKM) hija kodiċi alfabetiku, li jikkonsisti fi tnejn (2) sa ħames (5) ittri (2 4 1 5). VKM titnaqqax fuq kull vettura ferrovjarja, qrib in-Numru Ewropew tal-Vettura. Il-VKM tidentifika l-Kustodju tal-Vettura kif ikun irreġistrat fir-Reġistru Nazzjonali tal-Vetturi. Il-VKM hija unika u valida fil-pajjiżi kollha koperti minn din l-STI u fil-pajjiżi kollha li jidħlu fi ftehim li jinvolvi l-applikazzjoni tas-sistema tan-numerazzjoni tal-vetturi u tal-Marka tal-Kustodju tal-Vettura kif inhu deskritt f’din l-STI. 2. Il-format tal-Marka tal-Kustodju tal-Vettura Il-VKM hija rappreżentazzjoni tal-isem sħiħ jew ta’ abbrevjazzjoni tal-kustodju tal-vettura, jekk ikun possibbli b’mod li jingħaraf. Jistgħu jintużaw is-26 ittra kollha tal-alfabet Latin. L-ittri fil-VKM jinkibtu bħala kapitali. L-ittri li ma jirrappreżentawx l-ewwel ittri ta’ kelmiet f’isem il-kustodju jistgħu jinkitbu b’ittri żgħar. Biex tkun ikkontrollata l-uniċità, l-ittri żgħar għandhom jitqiesu daqslikieku nkitbu bħala kapitali. L-ittri jista’ jkun fihom marki dijakritiċi (3 2 6). Is-sinjali dijakritiċi li jintużaw minn dawn l-ittri għandhom jiġu injorati meta tkun se tiġi kkontrollata l-uniċità. Għall-vetturi li jinżammu minn kustodji li jirrisjedu f’pajjiż li ma jużax l-alfabet Latin, tista’ tiġi applikata traduzzjoni tal-VKM fl-alfabet ta’ dak il-pajjiż wara l-VKM li tkun isseparata minnha b’linja dijagonali (‘/’). Din il-VKM tradotta għandha tiġi injorata għal finijiet ta’ pproċessar tad-dejta. 3. Id-dispożizzjonijiet dwar l-allokazzjoni tal-Marki tal-Kustodju tal-Vettura Kustodju ta’ vettura jistgħu jinħarġulu iktar minn VKM waħda, f’każ li:
Tista’ tinħareġ VKM waħda għal grupp ta’ kumpaniji li:
4. Ir-Reġistru tal-Marki tal-Kustodju tal-Vettura u l-proċedura għall-allokazzjoni Ir-reġistru tal-VKM huwa pubbliku u jiġi aġġornat f’ħin reali. Applikazzjoni għal VKM titressaq quddiem l-awtorità nazzjonali kompetenti tal-applikant u tintbagħat lill-ERA. VKM tista’ tintuża biss wara pubblikazzjoni min-naħa tal-ERA. Id-detentur ta’ VKM irid jinforma lill-awtorità nazzjonali kompetenti meta jtemm l-użu ta’ VKM, u l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tgħaddi l-informazzjoni lill-ERA. VKM għandha tiġi rrevokata hekk kif il-kustodju jipprova li l-marka tbiddlet fuq il-vetturi kollha kkonċernati. Din m’għandiex terġa’ tinħareġ għal (10) għaxar snin, sakemm ma terġax tinħareġ lid-detentur oriġinali tagħha jew tinħareġ lil detentur ieħor fuq it-talba tad-detentur oriġinali. VKM tista’ tiġi ttrasferita lil detentur ieħor, li jkun is-suċċessur legali tad-detentur oriġinali. Meta d-detenutur tal-VKM ibiddel ismu għal isem li bl-ebda mod ma jixbah lill-VKM, il-VKM tibqa’ valida. ANNESS P.2 IT-TINQIX TAN-NUMRU U TAL-IMMARKAR ALFABETIKU RELATAT FUQ IL-BODI 1. Arranġamenti ġenerali għal immarkar estern L-ittri kapitali u l-figuri li jifformaw l-iskrizzjonijiet tal-immarkar għandhom ikunu għoljin mill-inqas 80 mm, f’tipa li tkun sans serif u ta’ kwalità korrispondenti. Jistgħu jintużaw iskrizzjonijiet iċken biss fejn ma jkun hemm l-ebda għażla oħra ħlief li l-immarkar jitqiegħed fuq l-iżbarri tal-wiċċ taħtani (sole bars). L-immarkar m’għandux jitqiegħed f’pożizzjoni ogħla minn żewġ (2) metri ‘l fuq mil-livell tal-binarji. 2. Il-vaguni L-immarkar għandu jitnaqqax fuq il-bodi tal-vagun b’dan il-mod:
Għall-vaguni li l-bodi tagħhom ma joffrix erja kbira biżżejjed għal dan it-tip ta’ arranġament, partikolarment fil-każ ta’ vaguni ċatti, l-immarkar għandu jsir kif ġej:
Meta ittra ta’ indiċi waħda jew iktar b’definizzjoni nazzjonali titnaqqax fuq vagun, dan l-immarkar nazzjonali jrid jintwera wara l-immarkar bl-ittri internazzjonali u għandu jkun isseparat minnu b’ħajfin kif ġej:
3. Il-vaguni u l-vetturi għall-passiġġieri rmonkati In-numru għandu jkun applikat fuq kull ġenb tal-vettura kif ġej:
L-immarkar tal-pajjiż fejn il-vettura tkun irreġistrata u tal-karatteristiċi tekniċi għandu jiġi stampat direttament quddiem, wara jew taħt in-Numru Ewropew tal-Vettura. F’każ ta’ vaguni b’kabina għas-sewwieq, in-Numru Ewropew tal-Vettura jinkiteb ukoll fil-kabina. 4. Il-lokomotivi, il-power cars (vetturi ferrovjarji li jixbhu mill-qrib lil-lokomotivi) u l-vetturi speċjali In-Numru Ewropew tal-Vettura jrid ikun immarkat fuq kull ġenb tal-vetturi ta’ trazzjoni bil-mod li ġej: 92 10 1108 062-6 In-Numru Ewropew tal-Vettura jinkiteb ukoll f’kull kabina tal-vetturi ferrovjarji ta’ trazzjoni. Il-kustodju jista’ jżid, f’ittri ta’ daqs ikbar min-Numru Ewropew tal-Vettura, immarkar b’numru tiegħu (li jikkonsisti ġeneralment f’ċifri min-numru tas-serje ssupplimentati minn kodifikazzjoni alfabetika), li jkun utli fl-operazzjonijiet. Il-post fejn in-numru tiegħu jiġi mmarkat jitħalla f’idejn il-kustodju; madankollu, in-NEV dejjem irid ikun jista’ jingħaraf faċilment mill-immarkar bin-numru tal-kustodju. ANNESS P.3 IR-REGOLI BIEX TKUN IDDETERMINATA Ċ-ĊIFRA TA’ KONTROLL (ĊIFRA 12) Iċ-ċifra ta’ kontroll tiġi ddeterminata kif ġej:
Eżempji
ANNESS P. 4 IL-KODIFIKAZZJONI TAL-PAJJIŻI FEJN IKUNU RREĠISTRATI L-VETTURI (ĊIFRI 3-4 U L-ABBREVJAZZJONI) L-informazzjoni relatata ma’ pajjiżi terzi qed tingħata għal finijiet ta’ informazzjoni biss.
ANNESS P.5 L-IMMARKAR ALFABETIKU TAL-KAPAĊITÀ TAL-INTEROPERABBILTÀ ‘TEN’: Vettura li tkun konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
‘PPV/PPW’: Vettura li tkun konformi mal-ftehim PPV/PPW jew PGW (fl-Istati tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni tal-Linji Ferrovjarji (OSJD)) (oriġinali: PPV/PPW:ППВ (Правила пользования вагонами в международном сообщении; PGW: Правила Пользования Грузовыми Вагонами) Noti:
ANNESS P.6 IL-KODIĊIJIET TAL-INTEROPERABBILTÀ LI JINTUŻAW GĦALL-VAGUNI (ĊIFRI 1-2)
ANNESS P. 7 IL-KODIĊIJIET INTERNAZZJONALI TAL-ĦILA GĦAT-TRAFFIKU LI JINTUŻAW GĦALL-VETTURI GĦALL-PASSIĠĠIERI RMONKATI (ĊIFRI 1-2)
ANNESS P.8 TIPI TA’ VETTURI FERROVJARJI U TA’ UNITAJIET TA’ TRAZZJONI F’FERROVIJA F’FORMAZZJONI FISSA JEW IDDEFINITA MINN QABEL (ĊIFRI 1-2) L-ewwel ċifra hija ‘9’. Jekk it-tieni ċifra tiddeskrivi t-tip ta’ vetturi ferrovjarji ta’ trazzjoni, il-kodifikazzjoni li ġejja hija mandatorja:
ANNESS P.9 L-IMMARKAR NUMERIKU STANDARD TAL-VAGUNI (ĊIFRI 5 SA 8) Dan l-anness jindika l-immarkar numeriku assoċjat mal-karatteristiċi tekniċi ewlenin tal-vagun u huwa ppubblikat fuq is-sit web tal-ERA (www.era.europa.eu). Applikazzjoni għal kodiċi ġdid għandha titressaq quddiem l-entità ta’ reġistrazzjoni (kif tissejjaħ fid-Deċiżjoni 2007/756/KE) u tintbagħat lill-ERA. Kodiċi ġdid jista’ jintuża biss wara l-pubblikazzjoni mill-ERA. ANNESS P.10 IL-KODIĊIJIET GĦALL-KARATTERISTIĊI TEKNIĊI TAL-VETTURI FERROVJARJI GĦALL-PASSIĠĠIERI RMONKATI (ĊIFRI 5-6) L-Anness p.10 huwa ppubblikat fuq is-sit web tal-ERA (www.era.europa.eu). Applikazzjoni għal kodiċi ġdid għandha titressaq quddiem l-entità ta’ reġistrazzjoni (kif tissejjaħ fid-Deċiżjoni 2007/756/KE) u tintbagħat lill-ERA. Kodiċi ġdid jista’ jintuża biss wara l-pubblikazzjoni mill-ERA. ANNESS P. 11 IL-KODIĊIJIET GĦALL-KARATTERISTIĊI TEKNIĊI TAL-VETTURI SPEĊJALI (ĊIFRA 6 SA 8) L-Anness p. 11 huwa ppubblikat fuq is-sit web tal-ERA (www.era.europa.eu). Applikazzjoni għal kodiċi ġdid għandha titressaq quddiem l-entità ta’ reġistrazzjoni (kif tissejjaħ fid-Deċiżjoni 2007/756/KE) u tintbagħat lill-ERA. Kodiċi ġdid jista’ jintuża biss wara l-pubblikazzjoni mill-ERA. ANNESS P. 12 L-IMMARKAR B’ITTRI GĦALL-VAGUNI, ĦLIEF GĦALL-VAGUNI ARTIKOLATI U MULTIPLI L-Anness p. 12 huwa ppubblikat fuq is-sit web tal-ERA (www.era.europa.eu). Applikazzjoni għal kodiċi ġdid għandha titressaq quddiem l-entità ta’ reġistrazzjoni (kif tissejjaħ fid-Deċiżjoni 2007/756/KE) u tintbagħat lill-ERA. Kodiċi ġdid jista’ jintuża biss wara l-pubblikazzjoni mill-ERA. ANNESS P. 13 L-IMMARKAR B’ITTRI GĦALL-VETTURI FERROVJARJI GĦALL-PASSIĠĠIERI RMONKATI L-Anness p. 13 huwa ppubblikat fuq is-sit web tal-ERA (www.era.europa.eu). Applikazzjoni għal kodiċi ġdid għandha titressaq quddiem l-entità ta’ reġistrazzjoni (kif tissejjaħ fid-Deċiżjoni 2007/756/KE) u tintbagħat lill-ERA. Kodiċi ġdid jista’ jintuża biss wara l-pubblikazzjoni mill-ERA |
6. |
L-Anness P14 għandu jiġi rrevokat. |
(1) Għall-vetturi speċjali, in-numru jrid ikun uniku f’pajjiż partikolari bl-ewwel ċifra u l-aħħar ħames (5) ċifri tal-karatteristiċi tekniċi u n-numru tas-serje.
(2) Għall-NMBS/SNCB, l-użu tal-ittra waħdanija B mdawra b’ċirku jista’ jitkompla
(3) Il-marki dijakritiċi huma ‘sinjali ta’ aċċent’ bħal fi À, Ç, Ö, Č, Ž, Å eċċ. Ittri speċjali bħal Ø u Æ għandhom jiġu rrappreżentati b’ittra waħda; f’testijiet għall-uniċità Ø għandha tiġi ttrattata bħala O u Æ bħala A.
(4) Skont is-sistema ta’ kodifikazzjoni alfabetika deskritta fl-Appendiċi 4 għall-Konvenzjoni tal-1949 u fl-Artikolu 45(4) tal-Konvenzjoni tal-1968 dwar it-traffiku fit-toroq.
(1) Vaguni li għandhom il-permess li jkollhom fuqhom l-immarkar TEN, ara l-Anness p. 5.
(2) Inklużi l-vaguni, li skont ir-regolamenti eżistenti jkollhom fuqhom iċ-ċifri ddefiniti f’din it-tabella. COTIF: il-vettura hija konformi mar-regolament tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) li jkun fis-seħħ meta l-vettura titqiegħed fis-servizz.
(3) Qies standard fiss jew varjabbli.
(4) Ħlief għall-vaguni fil-kategorija I (vaguni b’temperatura kkontrollata), m’għandux jintuża għal vetturi ġodda mqiegħda f’servizz.
(5) Konformità mal-STI applikabbli, ara l-Anness p. 5.
(6) Inklużi l-vetturi, li skont ir-regolamenti eżistenti jkollhom fuqhom iċ-ċifri ddefiniti f’din it-tabella. COTIF: il-vettura hija konformi mar-regolament tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) li jkun fis-seħħ meta l-vettura titqiegħed fis-servizz.
(7) Ħlief għall-vaguni b’qies standard fiss (56) u b’qies standard aġġustabbli (66) diġà fis-servizz, m’għandux jintuża għal vetturi ġodda.