This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0661
Case C-661/13: Request for a preliminary ruling from the Oberlandesgericht Düsseldorf (Germany) lodged on 13 December 2013 — Astellas Pharma Inc. v Polpharma SA Pharmaceutical Works
Kawża C-661/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Diċembru 2013 – Astellas Pharma Inc. vs Polpharma SA Pharmaceutical Works
Kawża C-661/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Diċembru 2013 – Astellas Pharma Inc. vs Polpharma SA Pharmaceutical Works
ĠU C 129, 28.4.2014, pp. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
28.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Diċembru 2013 – Astellas Pharma Inc. vs Polpharma SA Pharmaceutical Works
(Kawża C-661/13)
(2014/C 129/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Astellas Pharma Inc.
Konvenuta: Polpharma SA Pharmaceutical Works
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 10(6) tad-Direttiva 2011/83/KE (1) għandu jinftiehem bħala li jfisser li l-esklużjoni tal-protezzjoni mogħtija mill-privattiva tapplika wkoll fil-każ ta’ azzjonijiet ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni li permezz tagħhom terz joffri jew jipprovdi lil produttur ta’ prodotti mediċinali ġenerici, minħabba raġunijiet purament kummerċjali, sustanza protetta minn privattiva li l-produttur ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi jkollu l-intenzjoni juża sabiex iwettaq studji jew provi fid-dawl ta’ awtorizzazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni jew ta’ approvazzjoni fis-sens tal-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti mediċinali, skont l-Artikolu 10(6) tad-Direttiva 2001/83/KE? |
|
2) |
Jekk l-ewwel domanda tiġi risposta fl-affermattiv:
|
(1) Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Novembru 2011, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69), kif emendata bid-Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li ghandu x'jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 262).