This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0027
2006/27/EC: Commission Decision of 16 January 2006 on special conditions governing meat and meat products of equidae imported from Mexico and intended for human consumption (notified under document number C(2006) 16) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta' Jannar 2006 dwar kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw il-laħam u l-prodotti tal-laħam ta' l-ekwini impurtati mill-Messiku maħsuba għall-konsum mill-bniedem (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 16) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta' Jannar 2006 dwar kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw il-laħam u l-prodotti tal-laħam ta' l-ekwini impurtati mill-Messiku maħsuba għall-konsum mill-bniedem (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 16) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 19, 24.1.2006, pp. 30–31
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 118M, 8.5.2007, pp. 86–87
(MT)
In force
|
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
86 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-16 ta' Jannar 2006
dwar kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw il-laħam u l-prodotti tal-laħam ta' l-ekwini impurtati mill-Messiku maħsuba għall-konsum mill-bniedem
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 16)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2006/27/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(1) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi proċeduri fi kwistjonijiet tas-sigurtà ta' l-ikel (2), u partikolarment l-Artikolu 53(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skond id-Direttiva 97/78/KE u r-Regolament (KE) Nru 178/2002, il-miżuri neċessarji għandhom jiġu adottati fir-rigward ta' l-importazzjonijiet ta' prodotti minn pajjiżi terzi li probabilment jistgħu jikkawżaw periklu serju għas-saħħa ta' l-annimali jew dik tal-bniedem jew fejn dan il-periklu qed jinfirex. |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta' April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni ta' l-użu fl-istockfarming ta' ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tirostatika u ta' beta-agonists u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (3) tipprojbixxi importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta' annimali u ta' laħam jew prodotti tal-laħam meħuda minn annimali li ngħataw tali sustanzi, barra fil-każ fejn ingħataw għal skopijiet terapewtiċi jew bħala trattament żootekniku. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta' Ġunju 1990 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għal iffissar ta' limiti massimi ta' residwi ta' prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta' l-ikel ta' oriġini mill-annimali (4) jipprevedi lista ta' sustanzi li ma jistgħux jintużaw fil-produzzjoni tal-laħam u lista ta' sustanzi li għalihom ġew iffissati limiti massimi ta' residwi. Jipprevedi wkoll lista ta' ċerti prodotti mediċinali veterinarji li għalihom ġew iffissati limiti massimi ta' residwi provviżorji. Dawn il-prodotti jistgħu jkunu preżenti fil-laħam ta' l-ekwini. |
|
(4) |
L-aħħar żjara ta' spezzjoni tal-Komunità fil-Messiku rrivelat difetti serji fil-kapaċità ta' l-awtoritajiet Messikani biex iwettqu kontrolli serji tal-laħam ta' l-ekwini partikolarment biex jiġu osservati s-sustanzi pprojbiti mid-Direttiva 96/22/KE. |
|
(5) |
Dik l-ispezzjoni rrivelat ukoll difetti serji fir-rigward ta' kontrolli tas-suq tal-mediċini veterinarji, li jinkludu prodotti mhux awtorizzati. Dawn id-difetti jwasslu biex l-użu ta' sustanzi pprojbiti fil-produzzjoni tal-laħam taż-żiemel ikun iktar faċli. Għalhekk, dawk is-sustanzi jistgħu jkunu preżenti fil-laħam u fil-prodotti tal-laħam ta' l-ekwini maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Il-preżenza ta' dawk is-sustanzi fl-ikel tesponi lis-saħħa tal-bniedem għal riskju serju potenzjali. |
|
(6) |
L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-kontrolli xierqa fuq il-laħam u l-prodotti tal-laħam ta' l-ekwini impurtati mill-Messiku mal-wasla tagħhom fuq il-fruntiera tal-Komunità biex b'hekk jkun evitat li laħam jew prodotti tal-laħam ta' l-ekwini bħal dawn, li mhumiex tajba għall-konsum tal-bniedem, ma jitqiegħdux fis-suq. |
|
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistabbilixxi s-sistema ta' allarm rapida li għandha tintuża biex tiġi implimentata l-kondizzjoni meħtieġa ta' informazzjoni reċiproka prevista fl-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 97/78/KE. Flimkien ma' dan, l-Istati Membri se jżommu lill-Kummissjoni infurmata permezz ta' rapporti perjodiċi tar-riżultati analitiċi kollha tal-kontrolli uffiċjali li jkunu saru fir-rigward ta' konsenji ta' laħam u prodotti tal-laħam ta' l-ekwini mill-Messiku. |
|
(8) |
Din id-Deċiżjoni se terġa' tiġi riveduta fid-dawl tal-garanziji offruti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Messiku u fuq il-bażi tar-riżultati tat-testijiet imwettqa mill-Istati Membri. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Suġġett
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal-laħam u għall-prodotti tal-laħam ta' l-ekwini impurtati mill-Messiku u maħsuba għall-konsum tal-bniedem (“laħam u prodotti tal-laħam ta' l-ekwini”).
Artikolu 2
Kontrolli Uffiċjali
1. Permezz ta' l-użu ta' pjanijiet ta' ġbir ta' kampjuni u ta' metodi ta' osservazzjoni xierqa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, skond id-Direttiva 96/22/KE, kull konsenja ta' laħam jew prodotti tal-laħam ta' l-ekwini tgħaddi minn kontrolli uffiċjali bbażati fuq il-periklu, partikolarment għall-preżenza ta' ċerti prodotti li jkollhom azzjoni ormonali jew beta-agonists użati biex iħeġġu t-tkabbir.
2. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport tar-riżultati analitiċi kollha tal-kontrolli uffiċjali fuq konsenji ta' prodotti koperti f'paragrafu 1 lill-Kummissjoni kull tliet xhur. Dan ir-rapport għandu jiġi sottomess matul ix-xahar ta' wara kull perjodu ta' tliet xhur (April, Lulju, Ottubru, u Jannar).
Artikolu 3
Ħlas tan-nefqa
In-nefqa kollha li tkun saret biex tiġi applikata din id-Deċiżjoni għandha tiġi mħallsa mill-konsenjatur, mid-destinatarju jew mill-aġent ta' wieħed minnhom.
Artikolu 4
Konformità
L-Istati Membri għandhom jinformaw mill-ewwel lill-Kummissjoni bil-miżuri li huma jieħdu biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Reviżjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta fuq il-bażi tal-garanziji pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti Messikani u tar-riżultati tal-kontrolli uffiċjali li jirreferi għalihom l-Artikolu 2.
Artikolu 6
Destinatarji
Din id-Deċiżoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Jannar 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1; verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1).
(2) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1642/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 4).
(3) ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 262, 14.10.2003, p. 17).
(4) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/2005 (ĠU L 244, 20.9.2005, p. 11).