This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R2259
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/2259 of 15 December 2016 amending Regulation (EC) No 1235/2008 laying down detailed rules for implementation of Council Regulation (EC) No 834/2007 as regards the arrangements for imports of organic products from third countries (Text with EEA relevance )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2259 tal-15 ta' Diċembru 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2259 tal-15 ta' Diċembru 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )
C/2016/8351
ĠU L 342, 16.12.2016, p. 4–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R2306
16.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2259
tal-15 ta' Diċembru 2016
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2) u (3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (2) jistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi li s-sistemi tal-produzzjoni u l-miżuri ta' kontroll tagħhom għall-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007. |
(2) |
Ir-Repubblika tal-Korea għarrfet lill-Kummissjoni li l-awtorità kompetenti tagħha rtirat ir-rikonoxximent ta' korp wieħed ta' kontroll u żiedet tliet korpi ta' kontroll oħrajn mal-lista ta' korpi ta' kontroll rikonoxxuti. |
(3) |
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jistabbilixxi l-lista tal-korpi ta' kontroll u tal-awtoritajiet ta' kontroll li huma kompetenti biex iwettqu kontrolli u joħorġu ċertifikati f'pajjiżi terzi għall-iskop tal-ekwivalenza. |
(4) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “A CERT European Organization for Certification S.A.”, biex jiġi inkluż fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi rikonoxxut il-korp “A CERT European Organization for Certification S.A.” għall-kategoriji tal-prodotti A u D fir-rigward tal-Albanija, l-Ażerbajġan, il-Butan, il-Belarussja, iċ-Ċili, iċ-Ċina, ir-Repubblika Dominicana, l-Ekwador, l-Eġittu, l-Etjopja, Grenada, il-Georgia, l-Indoneżja, l-Iran, il-Ġamajka, il-Ġordan, il-Kenja, il-Każakistan, il-Libanu, il-Marokk, il-Moldova, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Papua New Guinea, il-Filippini, il-Pakistan, is-Serbja, ir-Russja, ir-Rwanda, l-Arabja Sawdija, it-Tajlandja, it-Turkija, it-Tajwan, it-Tanżanija, l-Ukraina, l-Uganda, u l-Afrika t'Isfel. |
(5) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Bioagricert S.r.l.” sabiex ikunu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategorija tal-prodotti A lill-Indoneżja u s-Senegal u għall-kategoriji tal-prodotti A u D lill-Albanija u l-Bangladexx u li jiġi estiż l-ambitu tar-rikonoxximent tagħha għall-kategorija tal-prodotti E fir-rigward tal-Albanija u t-Tajlandja. |
(6) |
“Caucacert” għarraf lill-Kummissjoni dwar żball fl-isem korporattiv li jenħtieġ li jinbidel f'“Caucascert”. |
(7) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “CCPB Srl” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A, B, D, E u F, lill-Georgia, l-Iran, il-Ġordan, l-Arabja Sawdija, għall-kategorija tal-prodotti B liċ-Ċina, l-Iraq, il-Mali, il-Filippini u s-Sirja, għall-kategorija tal-prodotti C lill-Marokk u t-Tuneżija, għall-kategorija tal-prodotti E lit-Tuneżija u għall-kategoriji tal-prodotti E u F liċ-Ċina, l-Eġittu, l-Iraq, il-Libanu, il-Marokk, il-Mali, il-Filippini, San Marino, is-Sirja u t-Turkija. |
(8) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “CERES Certification of Environmental Standards GmbH” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A, B u D lill-Armenja, għall-kategoriji tal-prodotti A u D lill-Belarussja, il-Malawi, Sierra Leone, is-Somalja u t-Taġikistan, u għall-kategorija tal-prodotti B lill-Gwatemala, il-Honduras, in-Nikaragwa u El Salvador. |
(9) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Control Union Certifications” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A, B, C, D, E u F lill-Burundi, is-Somalja u s-Sudan t'Isfel, għall-kategoriji tal-prodotti B u C lill-Angola, il-Belarussja, il-Djibouti, l-Eritrea, Fiġi, il-Liberja, in-Niger, iċ-Chad u l-Kosovo u għall-kategoriji tal-prodotti B, C u D lir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u Madagascar. |
(10) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Ecocert SA” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategorija tal-prodotti B lill-Mozambique u għall-kategorija tal-prodotti C lill-Bangladexx, iċ-Ċili, Hong Kong, il-Honduras, il-Perù u l-Vjetnam. |
(11) |
Ecocert SA għarraf lill-Kummissjoni li s-sussidjarju tiegħu “ECOCERT IMO Denetim ve Belgelendirme Ltd. Ști” waqaf mill-attivitajiet ta' ċertifikazzjonit tiegħu fil-pajjiżi terzi kollha li għalihom kien rikonoxxut. Għalhekk “ECOCERT IMO Denetim ve Belgelendirme Ltd. Ști” jenħtieġ li ma jibqax jiġi elenkat fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. |
(12) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Ekoagros”, biex jiġi inkluż fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi rikonoxxut “Ekoagros” għall-kategorija tal-prodotti A fir-rigward tar-Russja, għall-kategoriji tal-prodotti A u B fir-rigward tal-Belarussja u l-Ukraina, għall-kategoriji tal-prodotti A u D fir-rigward tat-Taġikistan u għall-kategoriji ta' prodotti A u F fir-rigward tal-Każakistan. |
(13) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Florida Certified Organic Growers and Consumers, Inc. (FOG), DBA as Quality Certification Services (QCS)” sabiex ikunu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A u D lill-Ġamajka u l-Vjetnam u għall-kategorija tal-prodotti D lill-Ekwador. |
(14) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “IMOswiss AG” sabiex ikunu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A lill-Emirati Għarab Magħquda, għall-kategoriji tal-prodotti A u D lill-Burundi, għall-kategorija tal-prodotti B lill-Messiku u l-Perù u għall-kategorija tal-prodotti C lill-Brunei, iċ-Ċina, Hong Kong, il-Honduras, il-Madagascar u l-Istati Uniti. Min barra dan, il-korp “IMOswiss AG” għarraf lill-Kummissjoni li waqaf mill-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni tiegħu fl-Ażerbajġan, il-Georgia, il-Każakistan, il-Kirgiżistan, l-Uzbekistan, ir-Russja u t-Taġikistan. Għalhekk jenħtieġ li ma jibqax jiġi elenkat għal dawk il-pajjiżi fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. |
(15) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A u D liż-Żambja, għall-kategorija tal-prodotti B lil-Laos, il-Myanmar/Burma u t-Tajlandja, għall-kategorija tal-prodotti C lil Hong Kong, l-Indoneżja u s-Sri Lanka u għall-kategoriji tal-prodotti C u E lill-Bangladexx. |
(16) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Mayacert” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategorija tal-prodotti A lill-Kolombja, ir-Repubblika Dominicana u El Salvador, għall-kategoriji tal-prodotti A u D lill-Belize u l-Perù u għall-kategorija tal-prodotti B lill-Gwatemala, il-Honduras u n-Nikaragwa. |
(17) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “OneCert International PVT Ltd” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A u D lill-Bangladexx, iċ-Ċina, il-Ghana, il-Kambodja, il-Laos, il-Myanmar/Burma, l-Oman, ir-Russja u l-Arabja Sawdija. |
(18) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Oregon Tilth” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategorija tal-prodotti E fir-rigward tal-Messiku. |
(19) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Organic Certifiers” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A u D lill-Indoneżja. |
(20) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Organska Kontrola” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategorija tal-prodotti B lill-pajjiżi kollha. |
(21) |
“QC&I GmbH” għarraf lill-Kummissjoni li huwa waqaf mill-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni tiegħu fil-pajjiżi terzi kollha li għalihom kien rikonoxxut. Għalhekk jenħtieġ li ma jibqax jiġi elenkat fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. |
(22) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Suolo e Salute srl” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategorija tal-prodotti A lir-Repubblika Dominicana u l-Eġittu u li jiġi estiż l-ambitu tar-rikonoxximent tagħha għall-kategorija tal-prodotti D fir-rigward tar-Repubblika Dominicana. |
(23) |
Kwalunkwe referenza għat-Tajwan fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jenħtieġ li tinftiehem bħala referenza għat-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu. |
(24) |
Għalhekk, l-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan. |
(25) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju għall-Produzzjoni Organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Anness III huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
(2) |
L-Anness IV huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).
ANNESS I
FI-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, fl-entrata dwar ir-Repubblika tal-Korea, il-punt 5 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Ir-ringiela li tikkonċerna n-numru tal-kodiċi KR-ORG-003 (Bookang tech) hija mħassra; |
(2) |
Jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:
|
ANNESS II
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Wara l-entrata dwar “Abcert AG” tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja: “‘A CERT European Organization for Certification S.A.’
|
(2) |
Fl-entrata dwar “Bioagricert S.r.l”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Fl-entrata dwar “Caucacert Ltd”, it-titlu jinbidel bi “Caucascert Ltd”. |
(4) |
Fl-entrata dwar “CCPB Srl”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
Fl-entrata dwar “CERES Certification of Environmental Standards GmbH”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
Fl-entrata dwar “Control Union Certifications”, fil-punt 3 jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin jiddaħħlu fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:
|
(7) |
Fl-entrata dwar “Ecocert SA”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
L-entrata sħiħa dwar “ECOCERT IMO Denetim ve Belgelendirme Ltd. Ști” tħassret. |
(9) |
Wara l-entrata dwar “Egyptian Center of Organic Agriculture (ECOA)”, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja: “‘Ekoagros’
|
(10) |
Fl-entrata dwar “Florida Certified Organic Growers and Consumers, Inc. (FOG), DBA as Quality Certification Services (QCS)”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:
|
(11) |
Fl-entrata dwar “IMOswiss AG”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:
|
(12) |
Fl-entrata dwar “Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:
|
(13) |
Fl-entrata dwar “Mayacert”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:
|
(14) |
Fl-entrata dwar “OneCert International PVT Ltd”, fil-punt 3, jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:
|
(15) |
Fl-entrata dwar “Oregon Tilth'”, fil-punt 3, jiżdied salib fil-kolonna E, fir-ringiela dwar il-Messiku. |
(16) |
Fl-entrata dwar “Organic Certifiers”, fil-punt 3, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:
|
(17) |
Fl-entrata dwar “Organska Kontrola”, fil-punt 3, fir-ringieli kollha, jiżdied salib fil-kolonna B. |
(18) |
L-entrata kollha dwar “QC&I GmbH” tħassret. |
(19) |
L-entrata dwar “Suolo e Salute srl” hija emendata kif ġej:
|
(**) Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.”