This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0032
2014/527/EU: Decision of the European Central Bank of 9 July 2014 repealing Decision ECB/2013/22 on temporary measures relating to the eligibility of marketable debt instruments issued or fully guaranteed by the Republic of Cyprus and Decision ECB/2013/36 on additional temporary measures relating to Eurosystem refinancing operations and eligibility of collateral (recast) (ECB/2014/32)
2014/527/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 9 ta' Lulju 2014 li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2013/22 dwar miżuri temporanji fir-rigward tal-eliġibbiltà ta' strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta' Ċipru u d-Deċiżjoni BĊE/2013/36 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (riformulazzjoni) (BĊE/2014/32)
2014/527/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 9 ta' Lulju 2014 li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2013/22 dwar miżuri temporanji fir-rigward tal-eliġibbiltà ta' strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta' Ċipru u d-Deċiżjoni BĊE/2013/36 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (riformulazzjoni) (BĊE/2014/32)
ĠU L 240, 13.8.2014, p. 26–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
13.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 240/26 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-9 ta' Lulju 2014
li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2013/22 dwar miżuri temporanji fir-rigward tal-eliġibbiltà ta' strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta' Ċipru u d-Deċiżjoni BĊE/2013/36 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral
(BĊE/2014/32)
(2014/527/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, l-Artikolu 12.1, l-Artikolu 18 u t-tieni inċiż tal-Artikolu 34.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta' Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1), u b'mod partikolari t-Taqsima 1.6 u t-Taqsimiet 6.3.1 u 6.3.2 tal-Anness I tagħha,
Billi:
(1) |
Il-kontenut tad-Deċiżjonijiet BĊE/2013/22 (2) u BĊE/2013/36 (3) għandu jiġi inkluż fil-Linja Gwida BĊE/2013/4 (4), l-att legali prinċipali li jirregola miżuri temporanji relatati ma' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral. |
(2) |
Fl-interess taċ-ċarezza u l-konsistenza u bil-għan li jiġi ssimplifikat il-qafas tal-kollateral tal-Eurosistema, dawn il-passi huma implimentati permezz ta' riformulazzjoni tal-Linja Gwida BĊE/2013/4. |
(3) |
Id-Deċiżjonijiet BĊE/2013/22 u BĊE/2013/36 għalhekk għandhom jitħassru, |
AdoTtA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Tħassir tad-Deċiżjonijiet BĊE/2013/22 u BĊE/2013/36
1. Id-Deċiżjonijiet BĊE/2013/22/KE u BĊE/2013/36/KE għandhom jitħassru b'effett mill-20 ta' Awwissu 2014.
2. Referenzi għad-Deċiżjonijiet imħassra għandhom jinftehmu bħala referenzi għal-Linja Gwida BĊE/2014/31.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta' Lulju 2014.
Magħmula fi Frankfurt am Main, id-9 ta' Lulju 2014.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.
(2) Deċiżjoni BĊE/2013/22 tal-5 ta' Lulju 2013 dwar miżuri temporanji fir-rigward tal-eliġibbiltà ta' strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta' Ċipru (ĠU L 195 18.7.2013, p. 27).
(3) Deċiżjoni BĊE/2013/36 tas-26 ta' Settembru 2013 dwar miżuri addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (ĠU L 301, 12.11.2013, p. 13).
(4) Linja Gwida BĊE/2013/4 tal-20 ta' Marzu 2013 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9, ĠU L 95, 5.4.2013, p. 23.