Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0762

    2009/762/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b’konformità mal-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas- 17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

    ĠU L 273, 17.10.2009, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/762/oj

    17.10.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 273/14


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tas-16 ta’ Settembru 2009

    dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b’konformità mal-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

    (2009/762/KE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikolari l-punt 26 tagħha,

    Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (2),

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il “Fond”) biex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta’ reġjuni milqutin minn diżastri.

    (2)

    Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-livell massimu annwali ta’ EUR 1 biljun.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li bihom il-fond jista’ jkun immobilizzat.

    (4)

    Franza ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, dwar diżastru li sar kawża ta’ tempesta.

    IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 109 377 165 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Settembru 2009.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    J. BUZEK

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. MALMSTRÖM


    (1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

    (2)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.


    Top