EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0658

Kawża T-658/18: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2018 – Hästens Sängar vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ disinn tal-kwadri)

ĠU C 25, 21.1.2019, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/46


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2018 – Hästens Sängar vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ disinn tal-kwadri)

(Kawża T-658/18)

(2019/C 25/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hästens Sängar AB (Köping, l-Isvezja) (rappreżentanti: M. Johansson u R. Wessman, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ trade mark figurattiva bil-kuluri blu u abjad (Rappreżentazzjoni ta’ disinn tal-kwadri) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 340 047

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Awwissu 2018 fil-Każ R 442/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 94 u l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill minħabba li l-Bord tal-Appell ma għamilx eżaminazzjoni xierqa, u/jew naqas milli jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu dwar prodotti u servizzi varji li saret applikazzjoni għalihom;

Ksur tal-Artikolu 94, l-Artikolu 95 u l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill minħabba li s-suġġett tat-trade mark ma huwiex disinn ripetut jew trade mark tridimensjonali;

Evalwazzjoni żbaljata tal-interess pubbliku rilevanti sottostanti li tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi l-Bord tal-Appell wettaq evalwazzjoni mhux korretta dwar il-karattru distintiv inerenti.


Top