Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0294

    Kawża C-294/16 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-28 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sąd Rejonowy dla Łodzi-Śródmieścia w Łodzi – il-Polonja) – JZ vs Prokuratura Rejonowa Łódź – Śródmieście (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċedura għal deċiżjoni preliminari b’urġenza — Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI — Artikolu 26(1) — Mandat ta’ arrest Ewropew — Tnaqqis tal-perijodu ta’ detenzjoni skontat fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni — Kunċett ta’ “detenzjoni” — Miżuri li jillimitaw il-libertà minbarra l-priġunerija — Arrest domiċiljarju flimkien mal-ilbies ta’ ċappetta elettronika — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikoli 6 u 49)

    ĠU C 402, 31.10.2016, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 402/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-28 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sąd Rejonowy dla Łodzi-Śródmieścia w Łodzi – il-Polonja) – JZ vs Prokuratura Rejonowa Łódź – Śródmieście

    (Kawża C-294/16 PPU) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura għal deċiżjoni preliminari b’urġenza - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI - Artikolu 26(1) - Mandat ta’ arrest Ewropew - Tnaqqis tal-perijodu ta’ detenzjoni skontat fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni - Kunċett ta’ “detenzjoni” - Miżuri li jillimitaw il-libertà minbarra l-priġunerija - Arrest domiċiljarju flimkien mal-ilbies ta’ ċappetta elettronika - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 6 u 49))

    (2016/C 402/15)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Rejonowy dla Łodzi-Śródmieścia w Łodzi

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: JZ

    Konvenut: Prokuratura Rejonowa Łódź – Śródmieście

    Dispożittiv

    L-Artikolu 26(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li miżuri bħal arrest domiċiljarju għal perijodu ta’ disa’ sigħat matul il-lejl, akkumpanjat minn sorveljanza tal-persuna kkonċernata permezz ta’ ċappetta elettronika, minn obbligu li l-persuna kkonċernata tippreżenta ruħha kuljum jew diversi drabi fil-ġimgħa f’għassa tal-pulizija f’ħinijiet stabbiliti, kif ukoll minn projbizzjoni li l-istess persuna titlob il-ħruġ ta’ dokumenti li jippermettulha li tivvjaġġa barra mill-pajjiż, ma humiex, bħala prinċipju, fid-dawl tal-ġeneru, tat-tul, tal-effetti u tal-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni ta’ dawn il-miżuri, tant limitattivi sabiex jammontaw għal effett ta’ ċaħda tal-libertà paragunabbli ma’ l-effett naxxenti minn inkarċerazzjoni u biex b’hekk jiġu kklassifikati bħala “detenzjoni”, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, fatt madankollu li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


    (1)  ĠU C 296, 16.08.2016.


    Top