Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0485

    Kawża T-485/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2016 – Alsharghawi vs Il-Kunsill (“Politika barranijia u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati minħabba s-sitwazzjoni fil-Libja — Iffriżar ta’ fondi — Lista ta’ persuni li huma suġġetti għal restrizzjonijiet inkonnessjoni mad-dħul u mal-passaġġ fi tranżitu fit-territorju tal-Unjoni Ewropea — Funzjonijiet ta’ ex kap tal-kabinet ta’ Mouammar Gaddafi — Għażla ta’ bażi legali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Preżinzjoni tal-innoċenza — Proporzjonalità — Libertà ta’ dħul u ħruġ — Dritt tal-proprjetà — Obbligu li tiġi ġġustifikata l-fondatezza tal-miżura”)

    ĠU C 402, 31.10.2016, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 402/42


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2016 – Alsharghawi vs Il-Kunsill

    (Kawża T-485/15) (1)

    ((“Politika barranijia u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati minħabba s-sitwazzjoni fil-Libja - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni li huma suġġetti għal restrizzjonijiet inkonnessjoni mad-dħul u mal-passaġġ fi tranżitu fit-territorju tal-Unjoni Ewropea - Funzjonijiet ta’ ex kap tal-kabinet ta’ Mouammar Gaddafi - Għażla ta’ bażi legali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Preżinzjoni tal-innoċenza - Proporzjonalità - Libertà ta’ dħul u ħruġ - Dritt tal-proprjetà - Obbligu li tiġi ġġustifikata l-fondatezza tal-miżura”))

    (2016/C 402/48)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Bashir Saleh Bashir Alsharghawi (Johannesburg, l-Afrika t’Isfel) (rappreżentant: É. Moutet, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u V. Piessevaux, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali, fl-ewwel lok, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333, tal-31 ta’ Lulju 2015, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (ĠU L 206, p. 34), u, fit-tieni lok, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1323, tal-31 ta’ Lulju 2015, li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 206, p. 4).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Bashir Saleh Bashir Alsharghawi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 337, 12.10.2015.


    Top