Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0800

    Kawża T-800/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Philip Morris vs Il-Kummissjoni [“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti redatti fl-ambitu tax-xogħlijiet preparatorji għall-adozzjoni tad-direttiva relatata mal-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fil-qasam tal-produzzjoni, tal-preżentazzjoni u tal-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk u ta’ prodotti konnessi — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-pariri legali — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali — Drittijiet tad-difiża — Interess pubbliku superjuri”]

    ĠU C 402, 31.10.2016, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 402/39


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Philip Morris vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-800/14) (1)

    ([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti redatti fl-ambitu tax-xogħlijiet preparatorji għall-adozzjoni tad-direttiva relatata mal-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fil-qasam tal-produzzjoni, tal-preżentazzjoni u tal-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk u ta’ prodotti konnessi - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-pariri legali - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Drittijiet tad-difiża - Interess pubbliku superjuri”])

    (2016/C 402/44)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Philip Morris Ltd (Richmond, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Nordlander u M. Abenhaïm, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u F. Clotuche Duvieusart, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u ntiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares(2014) 3388066, tad-29 ta’ Settembru 2014, sa fejn din tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti aċċess sħiħ għad-dokumenti mitluba, bl-eċċezzjoni tad-data personali modifikata inkluża fihom.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Philip Morris Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 56, 16.2.2015.


    Top