Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0111

Kawża T-111/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Unitec Bio vs Il-Kunsill (Dumping — Importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġina fl-Arġentina — Dazju antidumping definittiv — Rikors għal annullament — Inċidenza diretta — Interess individwali — Ammissibbiltà — Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Valur normali — Spejjeż tal-produzzjoni)

ĠU C 402, 31.10.2016, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 402/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Unitec Bio vs Il-Kunsill

(Kawża T-111/14) (1)

((Dumping - Importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġina fl-Arġentina - Dazju antidumping definittiv - Rikors għal annullament - Inċidenza diretta - Interess individwali - Ammissibbiltà - Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Valur normali - Spejjeż tal-produzzjoni))

(2016/C 402/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Unitec Bio SA (Buenos Aires, l-Arġentina) (rappreżentanti: J. F. Bellis, R. Luff u G. Bathory, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn S. Boelaert u B. Driessen, sussegwentement minn H. Marcos Fraile, aġenti, assistiti minn R. Bierwagen u C. Hipp, avukati)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França u A. Stobiecka-Kuik, aġenti) u European Biodiesel Board (EBB) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: O. Prost u M. S. Dibling, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013 tad-19 ta’ Novembru 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja (ĠU 2013, L 315, p. 2), sa fejn jimponi dazju antidumping fuq ir-rikorrenti,.

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013 tad-19 ta’ Novembru 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja, huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil Unitec Bio SA.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Unitec Bio.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea u l-European Biodiesel Board (EBB) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 112, 14.4.2014


Top