Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0007

    Kawża C-7/14 P: Appell ippreżentat fl- 10 ta’ Jannar 2014 minn Wünsche Handelsgesellschaft International mbH & Co KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit- 12 ta’ Novembru 2013 fil-Kawża T-147/12, Wünsche Handelsgesellschaft International mbH & Co KG vs Il-Kummissjoni Ewropea

    ĠU C 52, 22.2.2014, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 52/32


    Appell ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2014 minn Wünsche Handelsgesellschaft International mbH & Co KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-12 ta’ Novembru 2013 fil-Kawża T-147/12, Wünsche Handelsgesellschaft International mbH & Co KG vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-7/14 P)

    2014/C 52/58

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Appellanti: Wünsche Handelsgesellschaft International mbH & Co KG (rappreżentanti: K. Landry u G. Schwendinger, avukati)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tal-appellanti

    tannulla, fl-intier tagħha, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Novembru 2013 fil-Kawża T-147/12 u tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni REM 02/09, tas-16 ta’ Settembru 2011 (C(2011) 6393 finali);

    sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi mill-ġdid;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Bħala l-ewwel aggravju, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali (1), sa fejn il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-appellanti setgħet skopriet l-iżball tal-awtoritajiet doganali Ġermaniżi, li fl-opinjoni tagħha ma huwiex korrett. Id-diversi dispożizzjonijiet huma kumplessi u l-formulazzjoni tagħhom ma hijiex ċara u hija konfuża, kif muri b’mod partikolari mill-korrispondenza bejn il-Bundesministerium für Finanzen u l-Kummissjoni. Barra minn hekk, it-tul u l-firxa tal-prattiki żbaljati tal-awtoritajiet doganali Ġermaniżi jindikaw ukoll li hija ma setgħetx tikkonstata dan l-iżball.

    It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali kisret it-tieni inċiż tal-Artikolu 239(1) tal-Kodiċi Doganali billi wettqet żball ta’ liġi minħabba negliġenza manifesta min-naħa tal-appellanti.

    It-tielet nett, id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali ma hijiex motivata biżżejjed fir-rigward ta’ żewġ punti, b’tali mod li l-appellanti ma tistax tifhem ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).


    Top