Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0220

    Kawża T-220/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Scuola Elementare Maria Montessori vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Taxxa muniċipali fuq il-beni immobbli — Eżenzjoni mogħtija lill-entitajiet mhux kummerċjali li jeżerċitaw attivitajiet speċifiċi — Test uniku tat-taxxi fuq id-dħul — Eżenzjoni tat-taxxa muniċipali unika — Deċiżjoni li parzjalment tikkonstata n-nuqqas ta’ għajnuna mill-Istat u parzjalment tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Rikors għal annullament — Att regolatorju li ma jinkludix fih miżuri ta’ implementazzjoni — Impatt dirett — Ammissibbiltà — Impossibbiltà assoluta ta’ rkupru — Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 — Obbligu ta’ motivazzjoni”)

    ĠU C 402, 31.10.2016, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 402/25


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Scuola Elementare Maria Montessori vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-220/13) (1)

    ((“Għajnuna mill-Istat - Taxxa muniċipali fuq il-beni immobbli - Eżenzjoni mogħtija lill-entitajiet mhux kummerċjali li jeżerċitaw attivitajiet speċifiċi - Test uniku tat-taxxi fuq id-dħul - Eżenzjoni tat-taxxa muniċipali unika - Deċiżjoni li parzjalment tikkonstata n-nuqqas ta’ għajnuna mill-Istat u parzjalment tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Rikors għal annullament - Att regolatorju li ma jinkludix fih miżuri ta’ implementazzjoni - Impatt dirett - Ammissibbiltà - Impossibbiltà assoluta ta’ rkupru - Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

    (2016/C 402/25)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Scuola Elementare Maria Montessori Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment A. Nucara u E. Gambaro, sussegwentement E. Gambaro, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment V. Di Bucci, G. Conte u D. Grespan, sussegwentement G. Conte, D. Grespan u F. Tomat, aġenti)

    Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri u G. De Bellis, aġenti)

    Suġġett

    Talba mressqa abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/284/UE, tad-19 ta’ Diċembru 2012, dwar l-għajnuna mill-istat SA.20829 (C 26/2010, qabel NN 43/2010 (qabel CP 71/2006)) Is-sistema għall-eżenzjoni mill-ICI għal bini li jintuża minn istituzzjonijiet mhux kummerċjali għal skopijiet speċifiċi li ġiet implimentata mill-Italja (notifikata bid-dokument C(2012) 9461) (ĠU 2013, L 166, p. 24).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Scuola Elementare Maria Montessori Srl hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

    3)

    Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż relatati mal-intervent tagħha.


    (1)  ĠU C 171, 15.06.2013.


    Top