Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0468

    Kawża C-468/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit- 28 ta’ Settembru 2010 — Asociación Nacional de Establecimientos Financieros de Crédito (ASNEF) vs Administración del Estado

    ĠU C 346, 18.12.2010, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 346/31


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-28 ta’ Settembru 2010 — Asociación Nacional de Establecimientos Financieros de Crédito (ASNEF) vs Administración del Estado

    (Kawża C-468/10)

    ()

    2010/C 346/51

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Supremo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Asociación Nacional de Establecimientos Financieros de Crédito (ASNEF)

    Konvenut: Administración del Estado

    Domandi preliminari

    (1)

    L-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fin-nuqqas tal-kunsens tal-persuna kkonċernata u sabiex jiġi awtorizzat it-trattament tad-data tagħha ta’ natura personali neċessarju sabiex jiġi sodisfatt interess leġittimu tal-persuna responsabbli jew ta’ terzi li lilhom ġiet ikkomunikata d-data, teħtieġ, barra r-rispett tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali ta’ din tal-aħħar, li d-data tkun tinsab f’sorsi aċċessibbli għall-pubbliku?

    (2)

    L-Artikolu 7(f) iċċitat iktar ’il fuq jissodisfa l-kundizzjonijiet imposti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-effett dirett?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355.


    Top