This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0142
Commission Implementing Regulation (EU) No 142/2013 of 19 February 2013 amending Regulation (EC) No 2535/2001 as regards the data relating to the body issuing certificates in New Zealand for the export of milk products
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2013 tad- 19 ta’ Frar 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 fir-rigward tad-dejta marbuta mal-entità li toħroġ iċ-ċertifikati fi New Zealand għall-esportazzjoni tal-prodotti tal-ħalib
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2013 tad- 19 ta’ Frar 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 fir-rigward tad-dejta marbuta mal-entità li toħroġ iċ-ċertifikati fi New Zealand għall-esportazzjoni tal-prodotti tal-ħalib
ĠU L 47, 20.2.2013, pp. 49–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32001R2535 | Emenda | anness XII | 01/03/2013 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Implicitly repealed by | 32020R0760 | 01/01/2021 |
|
20.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 47/49 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 142/2013
tad-19 ta’ Frar 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 fir-rigward tad-dejta marbuta mal-entità li toħroġ iċ-ċertifikati fi New Zealand għall-esportazzjoni tal-prodotti tal-ħalib
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 144(1) u l-Artikolu 148(c), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta’ Diċembru 2001, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward tal-arranġamenti għall-importazzjoni tal-ħalib u prodotti tal-ħalib u l-ftuħ ta’ kwoti tariffarji (2) jelenka fl-Anness XII tiegħu l-entitajiet responsabbli mill-ħruġ ta’ ċertifikati għal arranġamenti ta’ monitoraġġ ‘il ġewwa (IMA 1). |
|
(2) |
New Zealand ikkomunikat bidla lill-Kummissjoni, li tibda tgħodd mill-1 ta’ Marzu 2013, rigward l-isem u l-post tal-entità tal-ħruġ elenkata f’dak l-Anness. Fid-dawl ta’ dak, jeħtieġ li tiġi aġġornata d-dejta konnessa mal-entità tal-ħruġ fi New Zealand elenkata fl-Anness XII ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika għaċ-ċertifikati IMA 1 maħruġa mill-1 ta’ Marzu 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Frar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
Fl-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, l-entrata għal New Zealand joħdilha postha dan li ġej:
|
“New Zealand |
ex 0405 10 11 |
Butir |
Il-Ministeru għall-Industriji Primarji |
|
|||||||
|
ex 0405 10 19 |
Butir |
||||||||||
|
ex 0405 10 30 |
Butir |
||||||||||
|
ex 0406 90 01 |
Ġobon għall-ipproċessar |
||||||||||
|
ex 0406 90 21 |
Cheddar |