Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R1033

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1033/2010 tal- 15 ta’ Novembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1505/2006 fir-rigward tar-rapporti annwali tal-Istati Membri dwar ir-riżultati tal-kontrolli li jitwettqu fir-rigward tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 298, 16.11.2010, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 26/02/2022; Impliċitament imħassar minn 32022R0160

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1033/oj

    16.11.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 298/5


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1033/2010

    tal-15 ta’ Novembru 2010

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1505/2006 fir-rigward tar-rapporti annwali tal-Istati Membri dwar ir-riżultati tal-kontrolli li jitwettqu fir-rigward tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 92/102/KEE u 64/432/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu u l-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1505/2006 tal-11 ta’ Ottubru 2006 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 fir-rigward tal-livell minimu ta’ kontrolli li għandhom isiru fir-rigward tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali bovini u kaprini (2) jistipula li l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli sabiex jivverifikaw il-konformità minn dawk li jżommu l-annimali mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 21/2004.

    (2)

    Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 1505/2006 jistipula li l-Istati Membri għandhom iressqu rapport annwali lill-Kummissjoni kull sena, skont il-mudell stabbilit fl-Anness tiegħu, dwar ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa fil-perjodu ta’ spezzjoni annwali preċedenti.

    (3)

    Il-ġbir tad-dejta matul il-proċess tar-rappurtaġġ għandu jkun xieraq u proporzjonat għall-għanijiet segwiti. Għall-fini ta’ rappurtaġġ aktar immirat u aktar xieraq għall-iskop, ċerti rekwiżiti kif ukoll il-mudell tar-rapport stabbilit fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1505/2006 għandhom jiġu ssimplifikati biex jipprovdu aħjar l-informazzjoni rilevanti dwar l-implimentazzjoni tal-kontrolli u biex jiġi evitat piż amministrattiv mhux meħtieġ.

    (4)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1505/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (5)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1505/2006 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 7, il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “(b)

    in-numru ta’ azjendi li ġew ikkontrollati;”

    (2)

    L-Anness għandu jiġi emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8.

    (2)  ĠU L 280, 12.10.2006, p. 3.


    ANNESS

    L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1505/2006 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “ANNESS

    Rapport tar-riżultati tal-kontrolli li saru fis-settur ovin u kaprin fir-rigward ir-rekwiżiti għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ dawk l-annimali skont ir-Regolament (KE) Nru 21/2004

    1.   Informazzjoni ġenerali dwar l-azjendi, l-annimali u l-kontrolli.

    In-numru totali ta’ azjendi fl-Istat Membru fil-bidu tas-sena tal-perjodu tar-rappurtaġġ (1)

     

    In-numru totali ta’ azjendi kkontrollati tul is-sena tal-perjodu tar-rappurtaġġ

     

    In-numru totali ta’ annimali rreġistrati fl-Istat Membru fil-bidu tas-sena tal-perjodu tar-rappurtaġġ (1)

     

    In-numru totali ta’ annimali kkontrollati fl-azjendi tul il-perjodu tar-rappurtaġġ (1)

     

    2.   Sejbiet ta’ nuqqas ta’ konformità

    Numru ta’ azjendi b’ nuqqas ta’ konformità

     

    3.   Penalitajiet imposti

    Numru ta’ azjendi b’penalitajiet imposti”

     


    (1)  Jew data ta’ referenza nazzjonali oħra għall-istatistika dwar l-annimali.


    Top