This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0062
2006/62/EC: Council Decision of 23 January 2006 enabling countries covered by the European Neighbourhood Policy, as well as Russia, to benefit from the Technical Assistance and Information Exchange (TAIEX) Programme
Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 23 ta' Jannar 2006 li tippermetti lill-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, kif ukoll lir-Russja, sabiex jibbenefikaw mill-Programm ta’ Għajnuna Teknika u ta’ Skambju ta’ Informazzjoni (TAIEX)
Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 23 ta' Jannar 2006 li tippermetti lill-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, kif ukoll lir-Russja, sabiex jibbenefikaw mill-Programm ta’ Għajnuna Teknika u ta’ Skambju ta’ Informazzjoni (TAIEX)
ĠU L 32, 4.2.2006, p. 80–81
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 270M, 29.9.2006, p. 102–103
(MT)
In force
29.9.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
102 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-23 ta' Jannar 2006
li tippermetti lill-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, kif ukoll lir-Russja, sabiex jibbenefikaw mill-Programm ta’ Għajnuna Teknika u ta’ Skambju ta’ Informazzjoni (TAIEX)
(2006/62/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 181a(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Fil-qasam ta’ l-għajnuna li tingħata qabel l-adeżjoni, l-amministrazzjoni indiretta ċentralizzata kienet, fl-imgħoddi, għodda prezzjuża, partikolarment fir-rigward ta' l-operazzjonijiet ta' l-Uffiċċju għall-Għajnuna Teknika u għall-Iskambju ta’ Informazzjoni (TAIEX). |
(2) |
L-għan tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP), kif dikjarat fil-Karta ta’ Strateġija tal-Kummissjoni adottata f’Mejju 2004, huwa li jinqasmu l-benefiċċji tat-tkabbir fl-2004 ta’ l-Unjoni Ewropa ma' pajjiżi ġirien u li jintużaw uħud mill-istrumenti u l-esperjenza miksuba matul il-proċess ta’ tkabbir sabiex pajjiżi msieħba jinġiebu aktar qrib ta’ l-UE, u dan lejn il-mira ta' integrazzjoni ekonomika gradwali u tat-tisħiħ tal-koperazzjoni politika. Il-pajjiżi fil-Viċinat Ewropew għalhekk għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mit-TAIEX. |
(3) |
Fil-15-il summit bejn l-UE u r-Russja fl-10 ta’ Mejju 2005, l-UE u r-Russja adottaw il-linji ta' rotta għall-ħolqien ta’ erba’ spazji komuni li jistabbilixxu għanijiet simili għal dawk ta' l-ENP, jiġifieri sabiex tiżdied il-koperazzjoni bilaterali u sabiex isir progress, bil-kisba ta' standards ogħla, lejn il-konverġenza regolatorja u l-approssimazzjoni leġiżlattiva. |
(4) |
Ir-Russja sejra tikkwalifika għal fondi taħt l-Istrument Ewropew tal-Viċinat u tas-Sħubija (ENPI) futur. |
(5) |
L-Artikolu 54(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2) (ir-Regolament Finanzjarju) jippermetti l-implementazzjoni tal-budget Komunitarju permezz ta’ amministrazzjoni indiretta ċentralizzata u jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għall-implementazzjoni, sakemm dan ikun awtorizzat mill-att bażiku tal-programm. |
(6) |
Tinħtieġ l-implementazzjoni armonizzata ta’ l-għajnuna permezz tat-TAIEX. Għalhekk din id-Deċiżjoni għandha timxi fuq l-istess linja tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3906/1989 tat-18 ta’ Diċembru 1989 dwar l-għajnuna ekonomika lil ċerti pajjiżi ta’ l-Ewropa ta’ Lvant u Ċentrali (3) (PHARE), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2666/2000 tal-5 ta’ Diċembru 2000 dwar l-għajnuna lill-Albanija, lill-Bosnia u Herzegovina, lill-Kroazja, lir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja u lir-Repubblika Ex Jugoslava tal-Maċedonja (4) (CARDS) u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2500/2001 tas-17 ta’ Diċembru 2001 dwar l-għajnuna finanzjarja ta’ qabel l-adeżjoni għat-Turkija (5). |
(7) |
Xi partijiet mill-azzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 99/2000 tad-29 ta' Diċembru 1999 dwar l-għoti ta’ għajnuna lill-Istati msieħba fl-Ewropa tal-Lvant u ta’ l-Asja Ċentrali (6) jaqgħu fl-ambitu tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (“it-Tratta ta' l-EURATOM”). Din id-Deċiżjoni ma tikkonċernax dawn il-partijiet, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Din id-Deċiżjoni għandha l-għan li tippermetti pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, kif ukoll lir-Russja, partikolarment dawk li għandhom Pjanijiet ta’ Azzjoni jew qegħdin jimplementaw linji ta' rotta, sabiex jibbenefikaw mill-għajnuna permezz tat-TAIEX, li sejjer jipprovdi għajnuna teknika mmirata bil-għan li jgħin lill-pajjiżi msieħba sabiex jifhmu u jabbozzaw leġiżlazzjoni relatata mal-Pjanijiet ta’ Azzjoni u jgħinhom bl-implementazzjoni u l-infurzar.
Artikolu 2
Għall-finijiet ta' l-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1488/1996 tat-23 ta’ Lulju 1996 dwar il-miżuri finanzjarji u tekniċi li jakkumpanjaw ir-riforma ta’ l-istrutturi ekonomiċi u soċjali fil-qafas tas-sħubija Ewro-Mediterranja (7) (MEDA) u r-Regolament (KE, EURATOM) Nru 99/2000, il-Kummissjoni tista’, skond l-Artikolu 54(2) tar-Regolament Finanzjarju, tiddeċiedi li tafda kompiti ta’ awtorità pubblika u, b’mod partikolari, kompiti ta' implementazzjoni tal-budget bħala segwitu ta' tali deċiżjoni lill-korp li jimplementa l-programm tat-TAIEX implementat taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3906/1989, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2666/2000 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2500/2001.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għall-azzjonijiet implementati taħt ir-Regolament (KE, EURATOM) Nru 99/2000 li jaqgħu fl-ambitu tat-Trattat ta' l-EURATOM.
Artikolu 4
L-attivitajiet awtorizzati minn din id-Deċiżjoni għandhom ikunu ffinanzjati mil-linja tal-budget 19 06 01 Għajnuna lill-pajjiżi msieħba fl-Ewropa ta’ Lvant u fl-Asja Ċentrali, u mil-linja assoċjata tal-budget għall-ispejjeż amministrattivi 19 01 04 07, u l-linja tal-budget 19 08 02 01 MEDA (miżuri li jakkumpanjaw ir-riformi ta’ l-istrutturi ekonomiċi u soċjali fil-pajjiżi tal-Mediterran li mhumiex membri) u l-linja assoċjata tal-budget għall-ispejjeż amministrattivi 19 01 04 06.
Magħmul fi Brussell, nhar it-23 ta' Jannar 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
J. PRÖLL
(1) Għadha mhox ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 375, 23.12.1989, p. 11. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2257/2004 (ĠU L 389, 30.12.2004, p. 1).
(4) ĠU L 306, 7.12.2000, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2257/2004 (ĠU L 389, 30.12.2004, p. 1).
(5) ĠU L 342, 27.12.2001, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 850/2005 (ĠU L 141, 4.6.2005, p. 1).
(7) ĠU L 189, 30.7.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2698/2000 (ĠU L 311, 12.12.2000, p. 1).