This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1299
Commission Regulation (EC) No 1299/2007 of 6 November 2007 on the recognition of producer groups for hops (Codified version)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1299/2007 tas- 6 ta’ Novembru 2007 dwar l-rikonoxximent ta’ gruppi tal-produtturi fis-settur tal-ħops (Verżjoni kodifikata)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1299/2007 tas- 6 ta’ Novembru 2007 dwar l-rikonoxximent ta’ gruppi tal-produtturi fis-settur tal-ħops (Verżjoni kodifikata)
ĠU L 289, 7.11.2007, pp. 4–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
01/07/2010
|
7.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 289/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1299/2007
tas-6 ta’ Novembru 2007
dwar l-rikonoxximent ta’ gruppi tal-produtturi fis-settur tal-ħops
(Verżjoni kodifikata)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidraw t-Trattat li jwaqqaf il- Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1952/2005 tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur tal-ħops u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 1696/71, (KEE) Nru 1037/72, (KEE) Nru 879/73 u (KEE) Nru 1981/82 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1351/72 tat-28 ta’ Ġunju 1972, dwar rikonoxximent ta’ gruppi tal-produtturi tal-ħops (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
|
(2) |
Il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1952/2005 għar-rikonoxximent ta’ gruppi ta’ produtturi tal-ħops jinkludu b’mod partikolari l-applikazzjoni ta’ regoli komuni għall-produzzjoni u għall-ewwel stadju tat-tqegħid fis-suq flimkien ma’ prova ta’ attività ekonomikament vjabbli. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jiġu speċifikati. |
|
(3) |
Biex tiżgura ċerta uniformità fil-proċedura amministrattiva, regoli dettaljati għandhom jiġu stipulati għall-applikazzjoni, l-għotja u l-irtirar tar-rikonoxximent. |
|
(4) |
Għall-informazzjoni ta’ l-Istati Membri u l-partijiet interessati, għandha tiġi pubblikata lista fil-bidu ta’ kull sena kalendarja, ta’ gruppi magħrufa matul is-sena ta’ qabel u ta’ dawk li kellhom ir-rikonoxximent irtirat matul l-istess perjodu ta’ żmien. |
|
(5) |
Il-miżuri li għalihom hemm dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħops, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Ir-regoli komuni msemmija fl-Artikolu 7(2) punt (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1952/2005 għandhom ikunu stabbiliti bil-miktub. Dawn ir- regoli għandhom jinkludu għall-inqas:
|
(a) |
fejn tidħol il-produzzjoni:
|
|
(b) |
fejn jidħol it-tqegħid fis-suq, speċjalment fejn għandhom x’jaqsmu l-konċentrazzjoni u l-kondizzjonijiet tal-provvista:
|
2. “L-ewwel stadju ta’ tqegħid fis-suq” ifisser il-bejgħ tal-ħops mill-produttur innifsu jew, fil-każ ta’ bejgħ mill-grupp tal-produtturi, il-bejgħ tal-ħops prodott mill-membri tiegħu lin-negozjant bl-ingrossa jew lill-industriji li jużawh.
Artikolu 2
1. Sabiex jiġi rrikonoxxut, grupp ta’ produtturi għandu jinkludi żoni ta’ mhux anqas minn 60 ettari u mhux anqas minn seba’ produtturi.
Fil-każ tal-Greċja, in-numru minimu ta’ ettari għandu jitnaqqas għal 30.
2. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1952/2005, Stat Membru jista’ jiġi awtorizzat, fuq talba, li jagħraf grupp li ż-żoni reġistrati tiegħu jinkludu anqas minn 60 ettaru, jekk iz-zoni jinsabu f’reġjun magħruf ta’ produzzjoni li tkopri anqas minn 100 ettaru.
Artikolu 3
Id-dokumenti u l-informazzjoni li ġejjin għandhom jakkumpanjaw kull applikazzjoni għar-rikonoxximent:
|
(a) |
l-istatuti; |
|
(b) |
l-ismijiet ta’ persuni awtorizzati biex jaġixxu f’isem il-grupp; |
|
(ċ) |
lista ta’ attivitajiet li jiġġustifikaw it-talba għar-rikonoxximent; |
|
(d) |
prova li d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2 ġew mħarsa. |
Artikolu 4
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu deċiżjoni dwar it-talba għar–rikonoxximent fi żmien tlett xhur minn meta tasal.
2. Ir-rikonoxximent ta’ xi grupp għandu jiġi rtirat jekk il-kondizzjonijiet previsti għar-rikonoxximent m’humiex aktar mħarsa jew jekk dan ir-rikonoxximent huwa bbażat fuq informazzjoni skorretta.
Ir-rikonoxximent għandu jieqaf b’effett retroattiv jekk ikun ġie ottenut jew isir benefiċċju minnu b’ingann.
3. Stati Membri għandhom jeżerċitaw sorveljanza kontinwa fuq gruppi rikonoxxuti biex dawn jimxu mal-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent tagħhom.
Artikolu 5
1. Fejn xi Stat Membru jagħti, jiċħad jew jirtira r-rikonoxximent ta’ xi grupp għandu jgħarraf lill-Kummissjoni minn dan fi żmien xagħrejn wara l-komunikazzjoni tad-deċiżjoni tiegħu lill-applikant u jindika r-raġunijiet taċ-ċaħda tat-talba għar-rikonoxximent jew ta’ l-irtirar tar-rikonoxximent.
2. Fil-bidu ta’ kull sena kalendarja l-Kummissjoni għandha tara li tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea lista ta’ gruppi rikonoxxuti matul is-sena ta’ qabel kif ukoll dawk li r-rikonoxximent tagħhom ġie irtirat matul l-istess perjodu ta’ żmien.
Artikolu 6
Ir-Regolament (KEE) Nru 1351/72 hu mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 7
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 314, 30.11.2005, p. 1, ikkoreġut bil-ĠU L 317, 3.12.2005, p. 29.
(2) ĠU L 148, 30.6.1972 p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3858/87 (ĠU L 363, 23.12.1987, p. 27).
(3) Ara l-Anness I.
ANNESS I
Regolament imħassar flimkien ma’ lista ta’ l-emendi suċċessivi tiegħu
|
Regolament (KEE) Nru 1351/72 tal-Kummissjoni |
|
|
Regolament (KEE) Nru 2564/77 tal-Kummissjoni |
|
|
Artikolu 21 u Anness I, Taqsima II, B, punt (e) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni 1979 |
|
|
Regolament (KEE) Nru 2591/85 tal-Kummissjoni |
|
|
Regolament (KEE) Nru 1323/86 tal-Kummissjoni |
|
|
Regolament (KEE) Nru 3858/87 tal-Kummissjoni |
ANNESS II
Tabella ta’ Korrelazzjoni
|
Regolament (KEE) Nru 1351/72 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1(1), sentenza tal-bidu |
Artikolu 1(1), sentenza tal-bidu |
|
Artikolu 1(1), punt (a), kliem tal-bidu |
Artikolu 1(1), punt (a), kliem tal-bidu |
|
Artikolu 1(1), punt (a)(aa) |
Artikolu 1 (1), punt (a)(i) |
|
Artikolu 1(1), punt (a)(bb) |
Artikolu 1(1), punt (a)(ii) |
|
Artikolu 1(1), punt (a)(ċċ) |
Artikolu 1(1), punt (a)(iii) |
|
Artikolu 1(1), punt (b), kliem tal-bidu |
Artikolu 1(1), punt (b), kliem tal-bidu |
|
Artikolu 1(1), punt (b)(aa) |
Artikolu 1(1), punt (b)(i) |
|
Artikolu 1(1), punt (b)(bb) |
Artikolu 1(1), punt (b)(ii) |
|
Artikolu 1(1), punt (b)(ċċ) |
— |
|
Artikolu 1(2) |
Artikolu 1(2) |
|
Artikolu 2(1), l-ewwel frażi |
Artikolu 2 (1), l-ewwel paragrafu |
|
Artikolu 2(1), it-tieni frażi |
Artikolu 2 (1), it-tieni paragrafu |
|
Artikolu 2(2) |
Artikolu 2(2) |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(1) |
|
Artikolu 4(2), l-ewwel sentenza |
Artikolu 4(2), l-ewwel paragrafu |
|
Artikolu 4(2), it-tieni sentenza |
Artikolu 4(2), it-tieni paragrafu |
|
Artikolu 4(3), l-ewwel paragrafu |
Artikolu 4(3) |
|
Artikolu 4(3), it-tieni paragrafu |
— |
|
Artikolu 5 |
— |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 5 |
|
— |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
|
— |
Anness I |
|
— |
Anness II |