This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006L0008
Commission Directive 2006/8/EC of 23 January 2006 amending, for the purposes of their adaptation to technical progress, Annexes II, III and V to Directive 1999/45/EC of the European Parliament and of the Council concerning the approximation of the laws, regulations and administrative provisions of the Member States relating to the classification, packaging and labelling of dangerous preparations (Text with EEA relevance)
2006/8/KE: Direttiva tal-Kummissjoni 2006/8/KE tat- 23 ta’ Jannar 2006 li temenda, għal raġunijiet ta’ l-adattament tagħhom għall-progress tekniku, l-Annessi II, III u V lid-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar tal-preparazzjonjijiet perikolużi Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
2006/8/KE: Direttiva tal-Kummissjoni 2006/8/KE tat- 23 ta’ Jannar 2006 li temenda, għal raġunijiet ta’ l-adattament tagħhom għall-progress tekniku, l-Annessi II, III u V lid-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar tal-preparazzjonjijiet perikolużi Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 19, 24.1.2006, p. 12–19
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 330M, 28.11.2006, p. 25–32
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2015; Impliċitament imħassar minn 32008R1272
28.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
25 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/8/KE
tat-23 ta’ Jannar 2006
li temenda, għal raġunijiet ta’ l-adattament tagħhom għall-progress tekniku, l-Annessi II, III u V lid-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar tal-preparazzjonjijiet perikolużi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat lid-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 li tirrigwarda l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar tal-preparazzjonjijiet perikolużi (1) u b’ mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 20 tagħha.
Billi:
(1) |
Il-preparazzjonijiet li fihom iktar minn sustanza waħda li hija kklassifikata fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizjonijiet amministrattive fir-rigward tal-klassifikazzjoni, ta’ l-imballaġġ u l-ittikkettjar tas-sustanzi perikolużi (2) bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi u/jew tossiċi għar-riproduzzjoni għandhom issa jiġu ttikkettjati bil-frażijiet dwar riskji (frażijiet-R) sabiex jiġu indikati l-klassifikazzjoni tal-kategorija 1 jew 2 u l-kategorija 3. Madanakollu, l- taż-żewġ frażijiet-R iwassal għall-messaġġ konfliġġenti. Il-preparazzjonijiet għandhom għalhekk jiġu kklassifikati u ttikkettjati skondl-kategorija li hija aktar għolja. |
(2) |
Għas-sustanzi li huma tossiċi ħafna għall-ambjent akwatiku (kklassifikati N) u mogħtija l-frażi R R50 jew R50/53, il-limiti speċifiċi ta’ konċentrazzjoni (SCLs) huma bħalissa użati għas-sustanzi li huma elenkati fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE sabiex ikun evitat li l-periklu jiġi sottovalutat. Din il-miżura toħloq distorsjonijiet bejn il-preparazzjonijiet li fihom sustanzi li huma elenkati fl-Anness I mad-Direttiva 67/548/KEE, li għandhom l-SCLs assoċjati magħhom, kif ukoll il-preparazzjonijiet li fihom is-sustanzi li għadhom mhux inklużi fl-Anness I, iżda li huma kklassifikati u ttikkettjati proviżorjament skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 67/548/KEE u li għalihom ebda SCL mhuwa applikabbli. Huwa għalhekk meħtieġ li wieħed jaċċerta li l-SCLs huma applikati bl-istess mod għall-preparazzjonijiet kollha li fihom sustanzi li huma tossiċi ħafna għall-ambjent akwatiku. |
(3) |
Fis-6 ta’ Awissu 2001 il-Kummissjoni adottat id-Direttiva 2001/59/KE li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (3). Id-Direttiva 2001/59/KE irrivediet il-kriterji fl-Anness VI tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar tas-sustanzi li jeqirdu s-saff ta’ l-ożonu. L-Anness II rivedut issa jipprovdi biss għall-allokament tas-simbolu N flimkien mal-frażi R R59. |
(4) |
It-terminoloġija użata biex tiddeskrivi l-kondizzjonijiet ta’ l-imballaġġ u l-ittikkettjar fl-Anness V mad-Direttiva 1999/45/KE qajmet xi dubji minħabba n-nuqas tal-konsistenza. Huwa għalhekk xieraq li jiġi mmodifikat il-kliem fl-Anness V tad-Direttiva 1999/45/KE sabiex dan isir iktar b’ mod preċiż. |
(5) |
L-Annessi II, III u V mad-Direttiva 1999/45/KE għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq. |
(6) |
Il-miżuri stipolati f’ din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-adattament għall-progress tekniku mid-Direttiva dwar it-tneħħija ta’ l-ostakli tekniċi għall-kummerċ fil-preparazzjonijiet tas-sustanzi perikolużi stabbiliti skond l-Artikolu 20 tad-Direttiva 1999/45/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Annessi II, III, u V tad-Direttiva 1999/45/KE huma emendati skond it-test fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jiġu f’ konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu 2007. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’ din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ATP wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, nhar il-23 ta’ Jannar 2006.
Għall-Kummissjoni
Gunter VERHEUGEN
Viċi-President
(1) ĠU L 200, tat-30.7.1999, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE (ĠU L 168, ta’ l-1.5.2004, p. 35).
(2) ĠU 196, tas-16.8.1967, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE (ĠU L 152. tat-30.4.2004, p. 1).
(3) ĠU L 225, tal-21.8.2001, p. 1.
ANNESS
Id-Direttiva 1999/45/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Anness II jiġi emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Anness III jiġi emendat kif ġej:
|
(3) |
Anness V hu mibdul bli ġej: “ANNESS V DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI LI JIKKONĊERNAW IT-TIKKETTJAR TA’ ĊERTI PREPARAZZJONIJIET A. Għall-preparazzjonijiet li huma kklassifikati bħala perikolużi skond it-tifsira ta’ l-Artikoli 5, 6 u 7 1. Preparazzjonijiet li jinbiegħu lill-pubbliku ġenerali
2. Preparazzjonijiet li huma intenzjonati għall-użu bħala sprej It-tikketta fuq l-imballaġ li fih tali preparazzjonijiet għandha jkollha obbligatorjament l-avviż ta’ sikurezza S23 akkumpanjat mill-avviż tas-sikurezza S38 jew S51 assenjat għalih skond il-kriterji stipolati fl-Anness VI tad-Direttiva 67/548/KEE. 3. Preparazzjonijiet li fihom sustanza li hi assenjata l-frażi R33: Periklu ta’ effetti kumulattivi Meta preparazzjoni jkun fiha mill-inqas sustanza waħda li hija assenjata l-frażi R33, it-tikketta fuq l-imballaġġ tal-preparazzjoni għandha jkollha l-kliem ta’ din il-frażi kif stipolat fl-Anness III tad-Direttiva 67/548/KEE, meta l-konċentrazzjoni ta’ din is-sustanza preżenti fil-preparazzjoni hija l-istess jew ikbar minn 1 %, sakemm ma jiġux stipolati valuri differenti fl-Anness I mad-Direttiva 67/548/KEE. 4. Preparazzjonijiet li fihom sustanza li hija assenjata l-frażi R64: Jista’ jikkawża ħsara għat-TRABI LI JREDDGĦU Meta preparazzjoni jkun fiha mill-inqas sustanza waħda li hija assenjata l-frażi R64, it-tikketta fuq l-imballaġġ tal-preparazzjoni għandha jkollha l-kliem ta’ din il-frażi kif stipolat fl-Anness III tad-Direttiva 67/548/KEE, meta l-konċentrazzjoni ta’ din is-sustanza preżenti fil-preparazzjoni hija l-istess jew ikbar minn 1 %, sakemm ma jiġux stipolati valuri differenti fl-Anness I mad-Direttiva 67/548/KEE. B. Għall-preparazzjonijiet, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tagħhom skond it-tifsira ta’ l-Artikoli 5, 6 u 7 1. Preparazzjonijiet li fihom iċ-ċomb 1.1 Żebgħa u verniċ It-tikketta fuq l-imballaġġ li fih żebgħa jew verniċ li fihom iċ-ċomb fi kwantitajiet li jaqbżu l-0,15 % (espress bħala l-piż tal-metall) tal-piż totali tal-preparazzjoni, kif misjub skond l-istandard ISO 6503/1984, għandhom ikollohom id-dettallji li ġejjin: ‘Fih iċ-ċomb. M’ għandhux jintuża fuq uċuħ li jistgħu jomgħoduhom jew isoffuhom it-tfal’. Fil-każ ta’ l-imballaġġi li l-kontenut tagħhom huma inqas minn 125 milliltri, id-dettallji għandhom jidhru kif ġej: ‘Twissija! Fih iċ-ċomb’. 2. Preparazzjonijiet li fihom is-cyanoacrylates 2.1 Adeżivi It-tikketta fuq l-imballaġġ immedjat ta’ l-adeżivi li huma bbażati fuq is-cyanoacrylate għandha tinkludi l-iskrizzjonijiet li ġejjin:
Parir xieraq dwar l-użu tal-prodott għandu jakkumpanja l-imballaġġ. 3. Preparazzjonijiet li fihom l-isocyanates It-tikketta fuq l-imballaġġ tal-preparazzjonijiet li fihom l-isocyanates (bħala monomers, oligomonomers, prepolymers, eċċ., jew bħala taħlita tagħhom) għandha tinkludi l-iskrizzjonijiet li ġejjin:
4. Preparazzjonijiet li fihom epoxy kostitwenti ta’ piż molekolari medju ≤ 700 It-tikketta fuq l-imballaġġ tal-preparazzjonijiet li fihom l-epoxy kostitwenti ta’ piż molekolari medju ta’ ≤ 700 għandha jkollha l-iskrizzjonijiet li ġejjin:
5. Preparazzjonijiet li jinbiegħu lill-pubbliku ġenerali li fihom il-kloru It-tikketta fuq l-imballaġġ tal-preparazzjonijiet li fihom iktar minn 1 % ta’ kloru attiv għandha tinkludi l-iskrizzjonijiet partikolari li ġejjin: ‘Twissija! tużax dawn il-prodotti flimkien ma’ prodotti oħrajn. Jistgħu joħorġu gassijiet perikolużi (kloru)’. 6. Preparazzjonijiet li fihom il-kadmju (alloys) u li huma intenzjonati għall-użu fl-ibbrejżjar u fis-saldjar It-tikketta fuq l-imballaġġ tal-preparazzjonijiet li jissemmew hawn fuq għandha jkollha l-iskrizzjonijiet stampati b’ karattri li huma jistgħu jinqraw b’mod ċar u li ma jistgħux jitħassru:
7. Preparazjonijiet DISPONIBBLI bħala aerosols Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, il-preparazzjonijiet disponibbli bħala aerosols huma wkoll soġġetti għad-dispożizzjonijiet tat-tikkettjar skond il-punti 2.2 u 2.3 ta’ l-Anness mad-Direttiva 75/324/KEE kif emendati l-aħħar mid-Direttiva 94/1/KE. 8. Preparazzjonijiet li fihom is-sustanzi li għadhom mhux elenkati kompletament Meta preparazzjoni fiha mill-inqas sustanza waħda li, skond l-Artikolu 13.3 ta-Direttiva 67/548/KEE, tinkludi l-iskrizzjoni ‘Twissija- sustanza li għadha mhux ittestjata kompletament’, it-tikketta fuq l-imballaġġ tal-preparazzjoni għandha tinkludi l-iskrizzjoni ‘Twissija - din il-preparazzjoni fiha sustanza li għadha mhux ittestata’ jekk din is-sustanza tkun preżenti f’ konċentrazzjoni ta’ >=1 %. 9. Preparazzjonijiet li mhumiex ikklassifikati bħala sensitizzanti iżda li fihom mill-inqas sustanza sensitizzanti waħda It-tikketta fuq l-imballaġġ tal-preparazzjonijiet li fihom mill-inqas sustanza waħda li hija kklassifikata bħala sensitizzanti u li hija preżenti f’ konċentrazzjoni ta’ jew ikbar minn 0,1 % jew f’ konċentrazzjoni li hija l-istess jew ikbar minn dik speċifikata skond nota speċifika għas-sustanza f’ Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE għandha tinkludi l-iskrizzjoni: ‘Fih (isem tas-sustanza sensitizzanti). Jista’ jwassal għal reazzjoni allerġika’. 10. Preparazzjonijiet likwidi li fihom l-idrokarburi aloġenati Għall-preparazzjonijiet likwidi li ma juru ebda limitu ta’ temperatura ta’ meta jaqbdu n-nar (flashpoint) jew flashpoint li huwa ogħla minn 55 °C u li fihom idrokarburu aloġenat u iktar minn 5 % ta’ sustanzi li huma fjammabbli jew fjammabbli ħafna, it-tikketta fuq l-imballaġġ għandha tinkludi l-iskrizzjoni li ġejja kif inhu xieraq: ‘Jista’ jsir fjammabbli ħafna waqt l-użu’ jew ‘Jista’ jsir fjammabbli waqt l-użu’. 11. Preparazzjonijiet li fihom sustanza li hija allokata l-frażi R67: fwawar jistgħu jikkawżaw ħedla u sturdament Meta preparazzjoni jkun fiha sustanza waħda jew iktar li hija allokata l-frażi R67, it-tikketta tal-preparazzjoni għandha tinkludi l-kliem ta’ din il-frażi kif stipolat fl-Anness III tad-Direttiva 67/548/KEE, meta l-konċentrazzjoni totali ta’ dawn is-sustanzi preżenti fil-preparazzjoni hija l-istess jew ogħla minn 15 %, sakemm:
12. Simentijiet u preparazzjonijiet tas-siment L-imballaġġ tas-simentijiet u tal-preparazzjonijiet tas-siment li fihom iktar minn 0,0002 % tal-kromju solubili (VI) tal-piż niexef totali għandu jinkludi l-iskrizzjoni: ‘Fih il-kromju (VI). Jista’ jwassal għal reazzjoni allerġika’. sakemm il-preparazzjoni ma tkunx diġà kklassifikata jew ittikkettjata bħala sensitizzant permezz tal-frażi R43. C. Għall-preparazzjonijiet li mhumiex ikklassifikati fi ħdan it-tifsira ta’ l-artikoli 5, 6 u7 iżda li fihom mill-inqas sustanza perikoluża waħda 1. Preparazzjonijet li mhumiex intenzjonati għall-pubbliku ġenerali It-tikketta ta’ l-imballaġġ tal-preparazzjonijiet li jissemmew fl-Artikolu 14.2.1(b) għandha tinkludi l-iskrizzjoni li ġejja: ‘Skeda tad-data tas-sikurezza għall-użu minn utent professjonist tingħata fuq talba’,” |
(*) fil-każijiet fejn il-preparazzjoni hija assenjata l-R49 u l-R40, iż-żewġ frażi R għandhom jinżammu, minħabba li l-R40 ma jiddistingwix bejn ir-rotot ta’ l-esponiment, filwaqt li l-R49 huwa assenjat biss għar-rotta ta’ inalazzjoni.”
(**) fil-każijiet fejn il-preparazzjoni hija assenjata l-R49 u l-R40, iż-żewġ frażi R għandhom jinżammu, minħabba li l-R40 ma jiddistingwix bejn ir-rotot ta’ l-esponiment, filwaqt li l-R49 huwa assenjat biss għar-rotta ta’ inalazzjoni.”