EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2010/346/03
Assignment of Mr Popescu to Chambers
Assenjazzjoni tal-Imħallef A. Popescu lill-awli
Assenjazzjoni tal-Imħallef A. Popescu lill-awli
ĠU C 346, 18.12.2010, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 346/2 |
Assenjazzjoni tal-Imħallef A. Popescu lill-awli
2010/C 346/03
Fid-29 ta’ Novembru 2010, wara li A. Popescu assuma l-kariga ta’ Mħallef, il-Konferenza Plenarja tal-Qorti Ġenerali ddeċidiet li temenda kif ġej id-deċiżjoni tal-Konferenza Plenarja tal-20 ta’ Settembru 2010, dwar l-assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli, kif emendata bid-deċiżjoni tas-26 ta’ Ottubru 2010.
Qed jiġu assenjati għall-perijodu mid-29 ta’ Novembru 2010 sad-data meta l-membru Bulgaru jassumi l-kariga:
fit-Tieni Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:
N. Forwood, President tal-Awla, F. Dehousse, I. Wiszniewska-Białecka, M. Prek, J. Schwarcz u A. Popescu, Imħallfin.
fit-Tieni Awla, komposta minn tliet Imħallfin:
N. Forwood, President tal-Awla
(a) |
F. Dehousse u A. Popescu, Imħallfin; |
(b) |
F. Dehousse u J. Schwarcz, Imħallfin; |
(ċ) |
J. Schwarcz u A. Popescu, Imħallfin. |
fis-Seba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:
A. Dittrich, President tal-Awla, F. Dehousse, I. Wiszniewska-Białecka, M. Prek, J. Schwarcz u A. Popescu, Imħallfin.