Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0563

    Kawża T-563/22: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2022 – VP vs Cedefop

    ĠU C 424, 7.11.2022, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.11.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 424/42


    Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2022 – VP vs Cedefop

    (Kawża T-563/22)

    (2022/C 424/54)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: VP (rappreżentant: L. Levi, avukat)

    Konvenut: Ic-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tas-17 ta’ Diċembru 2021 li ma timplimentax it-taqsimiet (1) u (2) tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Diċembru 2020, fil-Kawża T-187/18, VP vs Cedefop;

    tannulla d-deċiżjoni konnessa li ma jiġġeddedx il-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrent għal żmien indeterminat b’effett mis-16 ta’ Novembru 2017;

    tannulla d-deċiżjoni tas-17 ta’ Ġunju 2022 tal-konvenut li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tat-3 ta’ Marzu 2022 kontra d-deċiżjoni tas-17 ta’ Diċembru 2021;

    tordna l-kumpens tad-dannu morali subit mir-rikorrent evalwat ex aequo et bono għal EUR 100 000:

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħi, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq id-deċiżjoni tal-konvenut li ma timplimentax it-taqsimiet ewlenin (1) u (2) tas-sentenza tas-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-187/18, VP vs Cedefop u, konsegwentement, li ma jiġġeddedx il-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrent huwa vvizzjat bi ksur tal-obbligu skont l-Artikolu 266 TFUE li jikkonforma mas-sentenza fil-Kawża T-187/18 tas-16 ta’ Diċembru 2020 u żball manifest ta’ evalwazzjoni.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq li l-konvenut naqas mid-dmir ta’ premura tiegħu.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq li l-konvenuta kisret il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

    4.

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-konvenut għamel użu ħażin ta’ poter.


    Top