Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0763

    Kawża C-763/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Apelacyjny w Krakowie (il-Polonja) fit-18 ta’ Ottubru 2019 – D.S. vs S.P., A.P., D.K., Sz. w K.

    ĠU C 54, 17.2.2020, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.2.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 54/25


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Apelacyjny w Krakowie (il-Polonja) fit-18 ta’ Ottubru 2019 – D.S. vs S.P., A.P., D.K., Sz. w K.

    (Kawża C-763/19)

    (2020/C 54/26)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Apelacyjny w Krakowie

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: D.S.

    Konvenuti: S.P., A.P., D.K., Sz. w K.

    Domandi preliminari

    1)

    It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1), u l-Artikoli 2, 4(3) u 6(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna maħtura fil-kariga ta’ mħallef bi ksur flagranti tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Istat Membru dwar il-ħatra tal-imħallfin, li jikkonsisti b’mod partikolari, fl-ewwel lok, fil-ħatra ta’ tali persuna fil-kariga ta’ mħallef bħala riżultat ta’ nomina minn organu li ma jagħtix garanziji ta’ indipendenza mill-awtoritajiet eżekuttivi u leġiżlattivi u ta’ imparzjalità fid-dawl tal-esklużjoni sistemika mill-kontroll ġudizzjarju tal-legalità tal-proċeduri ta’ ħatra, u, fit-tieni lok, fil-ħatra ta’ tali persuna fil-kariga ta’ mħallef minkejja, l-ewwel nett, azzjoni preċedenti mressqa quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti (Naczelny Sąd Administracyjny (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Polonja)) kontra r-riżoluzzjoni tal-organu tal-Istat (Krajowa Rada Sądownictwa (il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura, il-Polonja)) li tinkludi t-talba għall-ħatra tagħha fil-kariga ta’ mħallef, it-tieni nett, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ din ir-riżoluzzjoni konformement mal-liġi nazzjonali, u, it-tielet nett, il-fatt li l-proċeduri quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti (Naczelny Sąd Administracyjny) kienu għadhom ma ġewx konklużi qabel ma ġie nnotifikat l-att tal-ħatra, ma hijiex imħallef indipendenti fis-sens tad-dritt tal-Unjoni?

    Għaldaqstant qorti komposta minn persuni maħtura taħt il-kundizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq ma hijiex qorti indipendenti, imparzjali, u stabbilita preċedentement bil-liġi fis-sens tad-dritt tal-Unjoni?

    2)

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda preliminari – it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1), u l-Artikoli 2, 4(3) u 6(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li sentenza mogħtija minn imħallef u minn qorti tal-aħħar istanza, stabbilita kif spjegat fl-ewwel domanda, ma hijiex sentenza fis-sens legali (hija sentenza ineżistenti) skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, u l-evalwazzjoni tagħha f’dan ir-rigward tista’ ssir minn qorti komuni li tissodisfa l-kriterji li bihom tiġi rrikonoxxuta qorti fis-sens tad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni?


    Top