This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0750
Case C-750/19: Request for a preliminary ruling from the Sąd Okręgowy w Warszawie (Poland) lodged on 15 October 2019 — Prokuratura Rejonowa Warszawa — Wola w Warszawie v DT
Kawża C-750/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fil-15 ta’ Ottubru 2019 – Prokuratura Rejonowa Warszawa - Wola w Warszawie vs DT
Kawża C-750/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fil-15 ta’ Ottubru 2019 – Prokuratura Rejonowa Warszawa - Wola w Warszawie vs DT
ĠU C 54, 17.2.2020, p. 19–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 54/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fil-15 ta’ Ottubru 2019 – Prokuratura Rejonowa Warszawa - Wola w Warszawie vs DT
(Kawża C-750/19)
(2020/C 54/21)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Okręgowy w Warszawie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Prokuratura Rejonowa Warszawa - Wola w Warszawie
Konvenuta: DT
Domandi preliminari
1) |
Id-dispożizzjonijiet magħquda tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) u tal-Artikolu 2 tad-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u l-valur tal-Istat tad-dritt li jiddikjara, kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva (UE) 2016/343 (1) moqrija fid-dawl tal-premessa 22 tagħha għandhom jiġu interpretati fis-sens li r-rekwiżiti tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva, fosthom l-indipendenza tal-ġustizzja, kif ukoll ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-preżunzjoni ta’ innoċenza jiġu miksura meta proċedura ġudizzjarja, bħal fil-każ ta’ proċeduri kriminali kontra persuna akkużata b’reat li jaqa’ taħt l-Artikolu 62(2) tal-Kodiċi Kriminali Fiskali Pollakk, u taħt dispożizzjonijiet oħra, tkun organizzata b’tali mod li:
|
2) |
Ir-rekwiżiti msemmija fl-ewwel domanda jiġu miksura meta, sabiex jikkontestaw id-deċiżjoni ġudizzjarja mogħtija fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja bħal dik deskritta fl-ewwel domanda, il-partijiet ikollhom rimedju ġudizzjarju straordinarju quddiem qorti, bħas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja), li d-deċiżjonijiet tagħha ma humiex suġġetti għal appell ġudizzjarju taħt id-dritt intern, u fejn id-dritt nazzjonali jimponi fuq il-President taċ-ċellola organizzattiva ta’ din il-qorti (l-Awla), kompetenti sabiex teżamina r-rikors, li jalloka l-kawżi billi josserva l-lista alfabetika tal-Imħallfin ta’ din l-Awla, bil-projbizzjoni espliċita ta’ esklużjoni ta’ kwalunkwe mħallef, u fejn kawżi jistgħu jiġu allokati wkoll lil persuna maħtura fuq proposta ta’ organu kolleġjali, bħalma huwa l-Krajowa Rada Sądownictwa (il-Kunsill Nazzjonali tal-Membri tal-Ġudikatura, il-Polonja), li l-kompożizzjoni tiegħu hija maħluqa b’tali mod li l-membri tiegħu huma mħallfin:
|
3) |
Xi jkun l-effett, fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, inklużi d-dispożizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-ewwel domanda, ta’ deċiżjoni ġudizzjarja adottata fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja organizzata skont il-modalitajiet deskritti fl-ewwel domanda, u ta’ deċiżjoni ġudizzjarja adottata fil-kuntest ta’ proċedura quddiem is-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema), meta l-persuna msemmija fit-tieni domanda tkun ipparteċipat fl-adozzjoni tagħha? |
4) |
Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, inklużi d-dispożizzjonijiet imsemmija fl-ewwel domanda, jissuġġetta l-effetti tad-deċiżjonijiet imsemmija fit-tielet domanda għall-kwistjoni dwar jekk il-qorti kkonċernata ddeċidietx f’sens favorevoli jew mhux favorevoli għall-persuna akkużata? |
(1) Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (ĠU 2016, L 65, p. 1).