This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TN0661
Case T-661/18: Action brought on 7 November 2018 — Securitec v Commission
Kawża T-661/18: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2018 – Securitec vs Il-Kummissjoni
Kawża T-661/18: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2018 – Securitec vs Il-Kummissjoni
ĠU C 25, 21.1.2019, p. 46–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 25/46 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2018 – Securitec vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-661/18)
(2019/C 25/60)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Securitec (Livange, il-Lusemburgu) (rappreżentant: P. Peuvrel, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara dan ir-rikors għal annullament formalment ammissibbli; |
— |
sostantivament, tiddikjara ġġustifikat ir-rikors għal annullament; |
— |
għalhekk, tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda kkontestata tas-7 ta’ Settembru 2018; |
— |
tannulla wkoll id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Settembru 2018; |
— |
tagħmel kull tali ordni sussegwenti skont kif neċessarju; |
— |
tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż u ħlasijiet oħra sostnuti fil-kuntest ta’ dan ir-rikors. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni li jivvizzja, minn naħa, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Settembru 2018 li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti taħt is-sejħa għal offerta Nru HR/R1/PR/2017/059 intitolata “Manutenzjoni tal-installazzjonijiet ta’ sigurtà fil-binjiet okkupati u/jew immaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea fil-Belġju u fil-Lussemburgu” (ĠU 2018/S 209-476275) u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tas-17 ta’ Settembru 2018 li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-preċiżjonijiet li hija talbet dwar l-imsemmija sejħa għal offerti. Fil-fatt, id-deċiżjoni li tiġi miċħuda s-sejħa għal offerti sottomessa mir-rikorrenti sempliċement tafferma li l-offerta ma kinitx tipproponi l-orħos prezz, filwaqt li l-kriterju tal-prezz ma kienx l-unika kriterju previst mill-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt. In-nuqqas ta’ motivazzjoni huwa ekwivalenti għal nuqqas ta’ motivazzjoni, u dan għandu jiġi ssanzjonat bl-annullament tad-deċiżjoni. |
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tqis li l-kriterju tal-orħos prezz ma kienx l-unika kriterju li ttieħed inkunsiderazzjoni u li, barra minn hekk, l-offerta magħżula kellha tkun regolari u konformi. Skont ir-rikorrenti, l-awtorità kontraenti ma kellhiex iċ-ċertifikazzjoni NEDAP li madankollu kien rekwiżit impost mill-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt. Għaldaqstant, l-għoti tal-kuntratt lil din il-kumpannija kien illegali, u d-deċiżjonijiet ikkontestati għandhom jiġu annullati. |
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni, li jivvizzjaw id-deċiżjonijiet ikkontestati, fid-dawl b’mod partikolari tar-rekwiżit sproporzjonat ta’ dħul mill-bejgħ minimu ta’ EUR 900 000 għall-impriżi li għamlu offerta għal-Lott Nru 4 fil-Lussemburgu, u tan-nuqqas tal-Kummissjoni li tirrispondi għad-domani magħmula fl-ittra tar-rikorrenti tat-28 ta’ Ġunju 2018. |