EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0100

Kawża T-100/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Wehrheim vs BĊE (Servizz pubbliku – Persunal tal-BĊE – Remunerazzjoni – Allowance tal-espatrijazzjoni – Tneħħija – Responsabbiltà – Danni materjali u morali – Nuqqas amministrattiv)

ĠU C 54, 17.2.2020, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Wehrheim vs BĊE

(Kawża T-100/18) (1)

(Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Remunerazzjoni - Allowance tal-espatrijazzjoni - Tneħħija - Responsabbiltà - Danni materjali u morali - Nuqqas amministrattiv)

(2020/C 54/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Christine Wehrheim (Offenbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. von Lindeiner u A. Andrzejewska, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u intiża li tikseb kumpens għad-danni materjali u morali li allegatament ġarrbet ir-rikorrenti bħala riżultat tal-iżball imwettaq mill-BĊE meta stabbilixxa d-drittijiet pekunjarji tagħha fil-mument tar-reklutaġġ tagħha, li wassal għall-għoti ta’ allowance tal-espatrijazzjoni li insegwitu tneħħa.

Dispożittiv

1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) huwa kkundannat iħallas is-somma ta’ EUR 1 000 lil Christine Wehrheim għad-dannu morali, miżjud bl-interessi, mill-għoti ta’ din is-sentenza, bir-rata stabbilita mill-BĊE għal operazzjionijiet prinċipali ta’ rifinanzjament bi 3.5 punti perċentwali, sad-data tal-ħlas mill-BĊE tal-ammont ta’ EUR 1 000.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

C. Wehrheim u l-BĊE għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 152, 30.4.2018.


Top