Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0021

    Kawża T-21/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2019 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni (FAEG u FAEŻR – Spejjeż esklużi mill-finanzjament – Setturi tal-frott u tal-ħaxix – Għajnuna għall-gruppi ta’ produtturi – Spejjeż imwettqa mill-Polonja – Lakuni fil-kontrolli prinċipali u sekondarji – Verifika ta’ pjanijiet ta’ rikonoxximent u tal-kriterji ta’ rikonoxximent – Kontroll relatat mat-talbiet għal għajnuna – Ammissibbiltà tal-gruppi ta’ produtturi – Koerenza ekonomika – Neċessità u ammissibbiltà tal-investimenti – Natura raġonevoli tal-ispejjeż – Nuqqasijiet sistematiċi – Riskju għall-FAEG – Miżuri korrettivi – Korrezzjonijiet ta’ somma f’daqqa ta’ 25 %)

    ĠU C 54, 17.2.2020, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.2.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 54/46


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2019 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-21/18) (1)

    (FAEG u FAEŻR - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Setturi tal-frott u tal-ħaxix - Għajnuna għall-gruppi ta’ produtturi - Spejjeż imwettqa mill-Polonja - Lakuni fil-kontrolli prinċipali u sekondarji - Verifika ta’ pjanijiet ta’ rikonoxximent u tal-kriterji ta’ rikonoxximent - Kontroll relatat mat-talbiet għal għajnuna - Ammissibbiltà tal-gruppi ta’ produtturi - Koerenza ekonomika - Neċessità u ammissibbiltà tal-investimenti - Natura raġonevoli tal-ispejjeż - Nuqqasijiet sistematiċi - Riskju għall-FAEG - Miżuri korrettivi - Korrezzjonijiet ta’ somma f’daqqa ta’ 25 %)

    (2020/C 54/50)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Partijiet

    Rikorrent: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, M. Pawlicka u D. Krawczyk, aġenti)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lewis u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2014 tat-8 ta’ Novembru 2017 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (notifikata bid-dokument C(2017) 7263) (ĠU 2017, L 292, p. 61).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 104, 19.3.2018.


    Top