Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0114

    Kawża C-114/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Pau – Franza) – proċeduri kriminali kontra Association des utilisateurs et distributeurs de l’agrochimie européenne (Audace) et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-merkanzija — Artikoli 34 u 36 TFUE — Restrizzjonijiet kwantitattivi — Importazzjonijiet parallelli ta’ prodotti mediċinali veterinarji — Direttiva 2001/82/KE — Artikolu 65 — Skema nazzjonali ta’ awtorizzazzjoni minn qabel — Esklużjoni ta’ persuni li jrabbu l-annimali mill-benefiċċju tal-proċedura semplifikata ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq — Obbligu li persuna jkollha awtorizzazzjoni li jitwettaq kummerċ bl-ingrossa — Obbligu li persuna jkollha stabbiliment fit-territorju tal-Istat Membru ta’ importazzjoni — Obbligi ta’ farmakoviġilanza)

    ĠU C 6, 9.1.2017, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 6/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Pau – Franza) – proċeduri kriminali kontra Association des utilisateurs et distributeurs de l’agrochimie européenne (Audace) et

    (Kawża C-114/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-merkanzija - Artikoli 34 u 36 TFUE - Restrizzjonijiet kwantitattivi - Importazzjonijiet parallelli ta’ prodotti mediċinali veterinarji - Direttiva 2001/82/KE - Artikolu 65 - Skema nazzjonali ta’ awtorizzazzjoni minn qabel - Esklużjoni ta’ persuni li jrabbu l-annimali mill-benefiċċju tal-proċedura semplifikata ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq - Obbligu li persuna jkollha awtorizzazzjoni li jitwettaq kummerċ bl-ingrossa - Obbligu li persuna jkollha stabbiliment fit-territorju tal-Istat Membru ta’ importazzjoni - Obbligi ta’ farmakoviġilanza))

    (2017/C 006/14)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour d’appel de Pau

    Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

    Association des utilisateurs et distributeurs de l’agrochimie européenne (Audace), Association des éleveurs solidaires, Cruzalebes EARL, Des deux rivières EARL, Mounacq EARL, Soulard Max EARL, Francisco Xavier Erneta Azanza, Amestoya GAEC, La Vinardière GAEC reconnu, Lagunarte GAEC, André Jacques Iribarren, Ramuntcho Iribarren, Phyteron 2000 SAS, Cataloune SCL,

    fil-preżenza ta’: Conseil national de l’Ordre des vétérinaires, li kien Conseil supérieur de l’Ordre des vétérinaires, Syndicat national des vétérinaires d’exercice libéral, Direction des douanes et des droits indirects

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikoli 34 u 36 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprojbixxu leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva l-aċċess għall-importazzjonijiet paralleli ta’ prodotti mediċinali veterinarji għad-distributuri bl-ingrossa li jkunu detenturi tal-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 65 tad-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 596/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Ġunju 2009, u li, konsegwentement, teskludi mill-aċċess għal tali importazzjonijiet il-persuni li jrabbu l-annimali u li jixtiequ jimportaw prodotti mediċinali veterinarji għall-bżonnijiet tal-irziezet tagħhom.

    2)

    L-Artikoli 34 u 36 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprojbixxux leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-persuni li jrabbu l-annimali, li jimportaw b’mod parallel prodotti mediċinali veterinarji għall-bżonnijiet tal-irziezet tagħhom, l-obbligu li jkollhom stabbiliment fit-territorju tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni u li jissodisfaw l-obbligi kollha ta’ farmakoviġilanza previsti fl-Artikoli 72 sa 79 tad-Direttiva 2001/82, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 596/2009.


    (1)  ĠU C 171, 26.5.2015.


    Top