EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0130

Kawża T-130/14 P: Appell ippreżentat fl- 24 ta’ Frar 2014 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit- 12 ta’ Diċembru 2013 fil-Kawża F-142/11, Simpson vs Il-Kunsill

ĠU C 135, 5.5.2014, p. 53–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/53


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2014 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-12 ta’ Diċembru 2013 fil-Kawża F-142/11, Simpson vs Il-Kunsill

(Kawża T-130/14 P)

2014/C 135/68

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Bauer u A. Bisch, bħala aġenti)

Il-parti l-oħra fil-proċeduri: Erik Simpson (Brussell, il-Belġju)

Talbiet tal-appellant

Tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-12 ta’ Diċembru 2013, mogħtija fil-Kawża F-142/11, Erik Simpson vs Il-Kunsill, sa fejn tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Diċembru 2010 u li tiddikjara li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż ta’ E. Simpson;

Tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku; u

Tordna li r-rikorrent fl-ewwel istanza jbati l-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka aggravju wieħed, li jallega li l-konklużjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, li tgħid li d-deċiżjoni kkontestata hija illegali minħabba li tikser l-obbligu ta’ motivazzjoni, hija bbażata fuq premessi żbaljati dovuti għad-distorsjoni tal-provi, u għalhekk ma tistax tiġi milqugħa.


Top