This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0002
Case T-2/14: Action brought on 1 January 2014 — Caixabank v Commission
Kawża T-2/14: Rikors ippreżentat fl- 1 ta’ Jannar 2014 — Caixabank vs Il-Kummissjoni
Kawża T-2/14: Rikors ippreżentat fl- 1 ta’ Jannar 2014 — Caixabank vs Il-Kummissjoni
ĠU C 52, 22.2.2014, p. 49–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 52/49 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Jannar 2014 — Caixabank vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-2/14)
2014/C 52/95
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Caixabank SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkwalifika l-ġabra ta’ miżuri li fil-fehma tagħha jikkostitwixxu is-sistema sistema Spanjola ta’ leasing finanzjarju bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern; |
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw l-investituri tal-AIES bħala benefiċjarji tal-allegata għajnuna u bħala l-uniċi benefiċjarji tal-ordni ta’ rkupru; |
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn jordna l-irkupru tal-għajnuna allegata; |
— |
tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn jagħti deċiżjoni dwar il-legalità tal-kuntratti privati bejn l-investituri u entitajiet oħra, u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u argumenti prinċipali huma dawk diġà invokati fil-Kawża T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni.