This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0014
Case C-14/14: Request for a preliminary ruling from the Hoge Raad der Nederlanden (Netherlands) lodged on 15 January 2014 — X; Other party: Staatssecretaris van Financiën
Kawża C-14/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ Jannar 2014 – X vs Staatssecretaris van Financiën
Kawża C-14/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ Jannar 2014 – X vs Staatssecretaris van Financiën
ĠU C 129, 28.4.2014, pp. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
28.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ Jannar 2014 – X vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-14/14)
(2014/C 129/12)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: X
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Domandi preliminari
|
1) |
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 63 TFUE, il-paragun bejn persuni mhux residenti u persuni residenti f’sitwazzjoni bħal dik preżenti li fiha taxxa fuq id-dividendi hija miġbura mill-Istat tal-oriġini fuq id-distribuzzjoni ta’ dividendi għandu jiġi estiż għat-taxxa fuq id-dħul imposta fuq id-dħul li ġej minn dividendi li minnha, fil-każ ta’ residenti, ikun hemm tnaqqis tat-taxxa fuq id-dividendi? |
|
2) |
Jekk tingħata risposta pożittiva għall-ewwel domanda, sabiex jiġi ddeterminat li l-piż fiskali reali li għandha persuna mhux residenti huwa ikbar mill-piż fiskali ta’ persuna residenti, għandu jsir paragun bejn it-taxxa Olandiża fuq id-dividendi mħallsa f’ras il-għajn ta’ persuna mhux residenti u t-taxxa Olandiża fuq id-dħul dovuta minn persuna residenti ffissata abbażi ta’ dħul b’rata fissa li, għas-sena li fiha jiġu rċevuti d-dividenti, tiġi attribwita lill-holding kollu miżmum minn kumpanniji Olandiżi, jew id-dritt tal-Unjoni Ewropea jeħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni elementi oħra ta’ paragun? F’dan il-paragun, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-kapital eżentat mit-taxxa li jibbenefikaw minnu l-persuni residenti u, jekk ikun il-każ, sa liema punt (sentenza Welte, C 181/12, EU:C:2013:662)? |
|
3) |
Jekk tingħata risposta pożittiva għall-ewwel domanda, sabiex jiġi ddeterminat li ħlas possibbilment diskriminatorju ta’ taxxa f’ras il-għajn huwa nnewtralizzat b’mod validu permezz ta’ ftehim intiż li tiġi evitata taxxa doppja konkluż mill-Istat tal-oriġini, huwa suffiċjenti li (i) il-ftehim ikkonċernat jipprevedi tnaqqis tat-taxxa fl-Istat ta’ residenza permezz tat-tpaċija tat-taxxa imħallsa f’ras il-għajn u li minkejja li din il-possibbiltà ma tkunx mingħajr kundizzjonijiet, (ii) b’mod konkret, peress li huwa biss id-dividend nett miksub li huwa ntaxxat, it-tnaqqis tat-taxxa mogħti mill-Istat ta’ residenza jwettaq kumpens komplet tal-parti diskriminatorja tat-taxxa mħallsa f’ras il-għajn? |