Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0506

    Kawża C-506/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus- il-Finlandja) – Yara Suomi Oy, Borealis Polymers Oy, Neste Oil Oyj, SSAB Europe Oy vs Työ- ja elinkeinoministeriö (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea — Direttiva 2003/87/KE — Artikolu 10a — Metodu ta’ allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas — Kalkolu tal-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali uniformi — Deċiżjoni 2013/448/UE — Artikolu 4 — Anness II — Validità — Applikazzjoni tal-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali uniformi għall-installazzjonijiet tas-setturi esposti għal riskju sinjifikattiv ta’ rilaxx ta’ karbonju — Determinazzjoni tal-parametru referenzjali ta’ prodott għall-metall sħun — Deċiżjoni 2011/278/UE — Artikolu 10(9) — Anness I — Validità)

    ĠU C 6, 9.1.2017, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 6/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus- il-Finlandja) – Yara Suomi Oy, Borealis Polymers Oy, Neste Oil Oyj, SSAB Europe Oy vs Työ- ja elinkeinoministeriö

    (Kawża C-506/14) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea - Direttiva 2003/87/KE - Artikolu 10a - Metodu ta’ allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas - Kalkolu tal-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali uniformi - Deċiżjoni 2013/448/UE - Artikolu 4 - Anness II - Validità - Applikazzjoni tal-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali uniformi għall-installazzjonijiet tas-setturi esposti għal riskju sinjifikattiv ta’ rilaxx ta’ karbonju - Determinazzjoni tal-parametru referenzjali ta’ prodott għall-metall sħun - Deċiżjoni 2011/278/UE - Artikolu 10(9) - Anness I - Validità))

    (2017/C 006/05)

    Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

    Qorti tar-rinviju

    Korkein hallinto-oikeus

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Yara Suomi Oy, Borealis Polymers Oy, Neste Oil Oyj, SSAB Europe Oy

    Konvenuta: Työ- ja elinkeinoministeriö

    Dispożittiv

    1)

    L-eżami tat-tielet u tar-raba’ domanda ma wera ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 15(3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    2)

    L-eżami tas-sitt u s-seba’ domanda ma wera ebda element tali li jaffettwa l-validità tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/278.

    3)

    L-eżami tal-ħames domanda ma wera l-ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(9) tad-Deċiżjoni 2011/278.

    4)

    L-Artikolu 4 u l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill huma invalidi.

    5)

    L-effetti tad-dikjarazzjoni ta’ invalidità tal-Artikolu 4 u tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2013/448 huma llimitati ratione temporis b’mod li, minn naħa, ikollhom effett biss meta jintemm perijodu ta’ għaxar xhur mid-data tal-għoti tas-sentenza tat-28 ta’ April 2016, Borealis Polyolefine et (C 191/14, C 192/14, C 295/14, C 389/14 u C 391/14 sa C 393/14, EU:C:2016:311) sabiex il-Kummissjoni Ewropea tkun tista’ tadotta l-miżuri meħtieġa u, min-naħa l-oħra, li l-miżuri adottati sakemm jintemm dan il-perijodu fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet invalidati ma jkunux jistgħu jiġu kkontestati.


    (1)  ĠU C 34, 2.2.2015


    Top