Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0684

    Kawża T-684/13: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Diċembru 2013 — Copernicus-Trademarks vs UASI — Bolloré (BLUECO)

    ĠU C 52, 22.2.2014, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 52/41


    Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2013 — Copernicus-Trademarks vs UASI — Bolloré (BLUECO)

    (Kawża T-684/13)

    2014/C 52/78

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Copernicus-Trademarks Ltd (Borehamwood, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: L. Pechan u S. Körber, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bolloré SA (Érgue Gaberic, Franza)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta’ Ottubru 2013 fil-Każ R 2029/2012-1 u tirriformaha, fis-sens li l-appell huwa fondat u li, konsegwentement, l-oppożizzjoni għandha tiġi miċħuda fl-intier tagħha,

    tikkundanna lill-konvenut u lil Bolloré SA fil-każ li hija tintervjeni f’dawn il-proċeduri, għall-ispejjeż inklużi dawk sostnuti fil-proċeduri ta’ appell.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “BLUECO” għal prodotti fil-klassi 12 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 724 675

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Bolloré SA

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “BLUECAR” għal prodotti fil-klassi 12 — Trade mark Komunitarja Nru 4 597 621

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009


    Top