This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0638
Case T-638/13: Action brought on 27 November 2013 — Bimbo v OHIM — Cafe' do Brasil (Caffè KIMBO GOLD MEDAL)
Kawża T-638/13: Rikors ippreżentat fis- 27 ta’ Novembru 2013 — Bimbo vs UASI — Cafe’ do Brasil (Caffè KIMBO GOLD MEDAL)
Kawża T-638/13: Rikors ippreżentat fis- 27 ta’ Novembru 2013 — Bimbo vs UASI — Cafe’ do Brasil (Caffè KIMBO GOLD MEDAL)
ĠU C 52, 22.2.2014, p. 38–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 52/38 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2013 — Bimbo vs UASI — Cafe’ do Brasil (Caffè KIMBO GOLD MEDAL)
(Kawża T-638/13)
2014/C 52/73
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bimbo, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cafe’ do Brasil SpA (Melito di Napoli, l-Italja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla parzjalment id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-25 ta’ Settembru 2013, mogħtija fil-Każ R 787/2012-4; |
— |
tikkundanna l-parti l-oħra, jekk tintervjeni, għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li fiha l-elementi verbali “Caffè KIMBO GOLD MEDAL” bl-aħmar, deheb, abjad u iswed għall-prodotti fil-klassijiet 30, 32 u 43 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4 037 909
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Spanjola Nru 291 655 għat-trade mark verbali “BIMBO” għall-prodotti fil-klassi 30 u t-trade mark verbali preċedenti Spanjola u Portugiża magħrufa sew “BIMBO”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1),(2) u (5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja