EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0568

Kawża C-568/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis- 6 ta’ Novembru 2013 — Azienda Ospedaliero-Universitaria di Careggi-Firenze vs Data Medical Service srl

ĠU C 52, 22.2.2014, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-6 ta’ Novembru 2013 — Azienda Ospedaliero-Universitaria di Careggi-Firenze vs Data Medical Service srl

(Kawża C-568/13)

2014/C 52/45

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Azienda Ospedaliero-Universitaria di Careggi-Firenze

Konvenuta: Data Medical Service srl

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 1 tad-Direttiva 50/1992 (1), moqri flimkien mal-Artikolu 1(8) tad-Direttiva 18/2004 (2), li ssostitwieh, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tiġi interpretata fis-sens li hija teskludi lill-appellant attwali, fil-kwalità tiegħu ta’ sptar li għandu n-natura ta’ organu pubbliku ekonomiku, milli jipparteċipa f’sejħiet għal offerti?

(2)

Id-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi — b’mod partikolari l-prinċipji ġenerali ta’ kompetizzjoni ħielsa, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità — jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil persuna, tat-tip tal-isptar appellant, li jibbenefika b’mod stabbli minn riżorsi pubbliċi u li ġie fdat b’mod dirett bis-servizz pubbliku tas-saħħa, li jakkwista minn din is-sitwazzjoni vantaġġ kompetittiv determinanti fis-sejħa għal offerti ma’ operaturi ekonomiċi oħra — kif turi l-portata tat-tnaqqis — mingħajr ma jiġu previsti fl-istess ħin miżuri korrettorji sabiex jiġi evitat tali effett ta’ distorzjoni tal-kompetizzjoni?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 322).

(2)  Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).


Top