Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0305

Kawża T-305/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ Marzu 2014 – Italmobiliare vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni  — Proċedura amministrattiva  — Deċiżjoni li tintalab informazzjoni  — Natura neċessarja tal-informazzjoni mitluba  — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba  — Obbligu ta’ motivazzjoni  — Proporzjonalità” )

ĠU C 135, 5.5.2014, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2014 – Italmobiliare vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-305/11) (1)

((“Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni li tintalab informazzjoni - Natura neċessarja tal-informazzjoni mitluba - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità”))

2014/C 135/39

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Italmobiliare SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment M. Siragusa, F. Moretti, L. Nascimbene, G. Rizza u M. Piergiovanni, sussegwentement minn M. Siragusa, F. Moretti, L. Nascimbene u G. Rizza, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Gencarelli, L. Malferrari, É. Gippini Fournier u C. Hödlmayr, sussegwentement minn L. Malferrari, É. Gippini Fournier u C. Hödlmayr, aġenti, assistiti minn M. Malaguti, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2364 finali, tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ 39520 – Siment u prodotti relatati).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Italmobiliare SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 232, 06.08.2011.


Top