Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0479

Kawża T-479/10: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Ottubru 2010 — Département du Gers vs Il-Kummissjoni

ĠU C 346, 18.12.2010, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/50


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2010 — Département du Gers vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-479/10)

()

2010/C 346/96

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Département du Gers (Auch, Franza) (rappreżentanti: S. Mabile u J.-P. Mignard, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea 2010/420/UE, tat-28 ta’ Lulju 2010, li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew ikunu prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament MON89034xNK603 (MON-89Ø34-3xMON-ØØ6Ø3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrent huma identiċi jew essenzjalment simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-478/10, Département du Gers vs Il-Kummissjoni.


Top