Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TB0353

Kawża T-353/10 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal- 25 ta’ Ottubru 2010 — Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro vs Il-Kummissjoni (Miżuri provviżorji — Għajnuna finanzjarja — Nota ta’ debitu intiża għall-irkupru ta’ għajnuna finanzjarja — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ osservanza ta’ rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà)

ĠU C 346, 18.12.2010, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/43


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2010 — Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-353/10 R)

(Miżuri provviżorji - Għajnuna finanzjarja - Nota ta’ debitu intiża għall-irkupru ta’ għajnuna finanzjarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ osservanza ta’ rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà)

2010/C 346/86

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: E. Tzannini, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u A. Sauka, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ nota ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni fit-22 ta’ Lulju 2010 għall-irkupru tas-somma ta’ EUR 109 415,20 imħallsa fil-kuntest ta’ għajnuna finanzjarja favur proġett ta’ riċerka medika.

Dispożittiv

(1)

It-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati


Top