Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0331

    Kawża C-331/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — Sezione Terza (l-Italja) fil- 5 ta’ Lulju 2010 — E.On Produzione SpA vs Autorità per l’Energia Elettrica e il Gas

    ĠU C 346, 18.12.2010, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 346/25


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — Sezione Terza (l-Italja) fil-5 ta’ Lulju 2010 — E.On Produzione SpA vs Autorità per l’Energia Elettrica e il Gas

    (Kawża C-331/10)

    ()

    2010/C 346/42

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — Sezione Terza

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: E.On Produzione SpA

    Konvenuta: Autorità per l’Energia Elettrica e il Gas

    Domanda preliminari

    L-Artikoli 23, 43, 49 u 56 tat-Trattat, kif ukoll l-Artikolu 11(2) u (6) u l-Artikolu 24 tad-Direttiva 54/03/KE (1) jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, fin-nuqqas ta’ notifika lill-Kummissjoni Ewropea, timponi fuq bażi permanenti lil produtturi speċifiċi tal-elettriku li huma, f’ċerti ċirkustanzi, essenzjali sabiex tiġi sodisfatta l-ħtieġa tat-talba għas-servizzi ta’ dispaċċ, li jissottomettu offerti fuq is-swieq tal-iskambju tal-elettriku skont programmi determinati skont regoli esterni mill-operatur tan-netwerk, u li tipprevjeni lill-produttur milli jiddetermina b’mod ħieles ir-remunerazzjoni għal tali offerti billi torbot ir-remunerazzjoni ma’ parametri li ma ġewx determinati minn qabel skont “proċeduri trasparenti, mhux diskriminatorji u bbażati fuq is-suq”?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 211.


    Top