Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TB0515

    Kawża T-515/09 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 18 ta’ Ottubru 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni ( Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rifjut ta’ istituzzjoni li tittraduċi deċiżjoni — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat )

    ĠU C 346, 18.12.2010, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 346/41


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-515/09 P) (1)

    (Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rifjut ta’ istituzzjoni li tittraduċi deċiżjoni - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

    2010/C 346/83

    Lingwa tal-kawża: il-Taljan

    Partijiet

    Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

    Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

    Suġġett

    Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tas-7 ta’ Ottubru 2009, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, (F-3/08, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    Luigi Marcuccio għandu jbati l-isspejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-istanza preżenti.


    (1)  ĠU C 51, 27.02.2010


    Top