EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009FA0060

Kawża F-60/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas- 27 ta’ Ottubru 2010 — Gerhard Birkhoff vs Il-Kummissjoni Ewropea (Uffiċjali — Remunerazzjoni — Allowance tal-familja — Allowance għal wild dipendenti — Wild milqut minn marda ta’ natura gravi jew minn diżabbiltà li timpedih milli jipprovdi għall-bżonnijiet tiegħu — Talba għall-proroga tal-ħlas tal-allowance — Artikolu 2(5) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal — Dħul massimu tal-wild bħala kundizzjoni għall-proroga tal-ħlas tal-allowance — Spejjeż deduċibbli mid-dħul imsemmi)

ĠU C 346, 18.12.2010, p. 60–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/60


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2010 — Gerhard Birkhoff vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-60/09) (1)

(Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowance tal-familja - Allowance għal wild dipendenti - Wild milqut minn marda ta’ natura gravi jew minn diżabbiltà li timpedih milli jipprovdi għall-bżonnijiet tiegħu - Talba għall-proroga tal-ħlas tal-allowance - Artikolu 2(5) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Dħul massimu tal-wild bħala kundizzjoni għall-proroga tal-ħlas tal-allowance - Spejjeż deduċibbli mid-dħul imsemmi)

2010/C 346/119

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Gerhard Birkhoff (Weitnau, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Inzillo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża li tinkiseb proroga tal-ħlas tal-allowance għat-tfal dipendenti skont il-ħames paragrafu tal-Artikolu 2 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

G. Birkhoff huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 205, 29/08/2009, p. 50.


Top