Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0423

    Kawża C-423/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 28 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Financiën vs X BV ( Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Ħxejjex (rjus tat-tewm) imnixxfin, li l-umdità fihom ma tneħħitx għal kollox )

    ĠU C 346, 18.12.2010, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 346/19


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Financiën vs X BV

    (Kawża C-423/09) (1)

    (Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Ħxejjex (rjus tat-tewm) imnixxfin, li l-umdità fihom ma tneħħitx għal kollox)

    2010/C 346/31

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hoge Raad der Nederlanden

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Staatssecretaris van Financiën

    Konvenuta: X BV

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003, tal-11 ta’ Settembru 2003, biex jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 281, p. 1) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004, biex jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 327, p. 1) — Subintestatura tariffarja ta’ ħxejjex (rjus tat-tewm), imnixxfin, li l-umdità ma tneħħitx għal kollox u li ġew importati fi stat refriġerat.

    Dispożittiv

    In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004, għandha tiġi interpretata fis sens li t-tewm li jkun għadda minn proċess ta’ tnixxif intensiv skont trattament speċjali li jirriżulta fit-tneħħija totali jew kważi totali tal umidità li jkun fih il-prodott, jaqa’ taħt is-subintestatura tariffarja 0712 90 90 tan-Nomenklatura Magħquda, iżda t-tewm imnixxef parzjalment, li jikkonserva l proprjetajiet u l-karatteristiċi tat-tewm frisk, jaqa’ taħt is-subintestatura tariffarja 0703 20 00 tan Nomenklatura Magħquda.


    (1)  ĠU C 24, 30.01.2010.


    Top