Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0175

    Kawża C-175/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 28 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Court of Appeal — ir-Renju Unit) — Her Majesty's Commissioners of Revenue and Customs vs Axa UK plc ( Sitt Direttiva tal-VAT — Eżenzjoni — Artikolu 13B(d), punt 3 — Tranżazzjonijiet li jikkonċernaw ħlasijiet u trasferimenti — Irkupru ta’ debiti — Pjanijiet ta’ ħlas għal kura tas-snien — Servizzi ta’ ġbir u ta’ pproċessar ta’ ħlasijiet f’isem il-klijenti ta’ fornitur ta’ servizzi )

    ĠU C 346, 18.12.2010, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 346/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Court of Appeal — ir-Renju Unit) — Her Majesty's Commissioners of Revenue and Customs vs Axa UK plc

    (Kawża C-175/09) (1)

    (Sitt Direttiva tal-VAT - Eżenzjoni - Artikolu 13B(d), punt 3 - Tranżazzjonijiet li jikkonċernaw ħlasijiet u trasferimenti - Irkupru ta’ debiti - Pjanijiet ta’ ħlas għal kura tas-snien - Servizzi ta’ ġbir u ta’ pproċessar ta’ ħlasijiet f’isem il-klijenti ta’ fornitur ta’ servizzi)

    2010/C 346/21

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Court of Appeal

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs

    Konvenuta: Axa UK plc

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Appeal — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13B(d), punt 3 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Eżenzjonijiet — Portata — Kunċett ta’ “servizzi li għandhom bħala effett it-trasferiment ta’ fondi u li jinvolvu bidliet fis-sitwazzjoni legali u finanzjarja” — Servizzi ta’ ġbir, ta’ pproċessar u ta’ rkupru ta’ debiti mill-klijenti ta’ kummerċant — Pjanijiet ta’ ħlas għall-kura tas-snien

    Dispożittiv

    Il-punt 3 tal-Artikolu 13B(d) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma taqax taħt l-eżenzjoni tal-VAT, prevista f’din id-dispożizzjoni, il-provvista ta’ servizzi li tikkonsisti, essenzjalment, f’li lill-bank ta’ terz jintalab it-trasferiment permezz tas-sistema ta’ “debitu dirett” ta’ somma dovuta minn din il-persuna lill-klijent tal-persuna li tipprovdi servizzi fil-kont ta’ dan tal-aħħar, f’li jintbagħat rendikont tas-somom riċevuti lill-klijent, f’li jsir kuntatt mat-terz li fir-rigward tiegħu l-fornitur ta’ servizzi ma jkunx għadu rċieva l-ħlas u, fl-aħħar nett, f’li jingħata l-ordni lill-bank tal-fornitur ta’ servizzi sabiex jittrasferixxi l-ħlas riċevut, wara li titnaqqas ir-remunerazzjoni tiegħu, fil-kont tal-bank tal-klijent.


    (1)  ĠU C 153, 04.07.2009


    Top