Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005FA0085

    Kawża F-85/05: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat- 28 ta’ Ottubru 2010 — Sørensen vs Il-Kummissjoni ( Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ħatra — Uffiċjali li jaċċedu għal grupp ta’ funzjoni superjuri permezz ta’ kompetizzjoni ġenerali — Kandidati mniżżla f’lista ta’ riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda — Regoli tranżitorji ta’ klassifikazzjoni fil-grad matul ir-reklutaġġ — Klassifikazzjoni fil-grad b’applikazzjoni ta’ regoli ġodda inqas favorevoli — Artikolu 5(2) u Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal )

    ĠU C 346, 18.12.2010, p. 59–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 346/59


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 — Sørensen vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-85/05) (1)

    (Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Uffiċjali li jaċċedu għal grupp ta’ funzjoni superjuri permezz ta’ kompetizzjoni ġenerali - Kandidati mniżżla f’lista ta’ riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Regoli tranżitorji ta’ klassifikazzjoni fil-grad matul ir-reklutaġġ - Klassifikazzjoni fil-grad b’applikazzjoni ta’ regoli ġodda inqas favorevoli - Artikolu 5(2) u Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal)

    2010/C 346/117

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Susanne Sørensen (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti

    Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u M. Simm, aġenti)

    Suġġett

    L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikklassifika lir-rikorrenti mniżżla f’lista ta’ riżerva B qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda, b’applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet inqas favorevoli minn ta’ dawn (Artikolu 12 tal-Anness XIII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali), kif ukoll tad-deċiżjoni li jitħassru l-punti ta’ promozzzjoni miksuba mir-rikorrenti bħala uffiċjal ta’ kategorija C

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors ta’ S. Sørensen huwa miċħud.

    (2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 296, 26/11/05, p. 26. (kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej [li saret il-Qorti Ġenerali] bin-Numru T-335/05 u ttrasferita quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea b’digriet tal-15.12.2005).


    Top